Referendum dwar il-Vuċi fil-Parlament: X’ifisser u għaliex qed isir?

CANBERRA RECONCILIATION WEEK STOCK

The moon is seen behind the Australian flag, the Indigenous flag and the flag of the Torres Strait Islands flying outside Parliament House to mark Reconciliation week in Canberra, Tuesday, May 30, 2023. (AAP Image/Lukas Coch) NO ARCHIVING Source: AAP / LUKAS COCH/AAPIMAGE

Kont taf li nies Aboriġini u Torres Strait Islander m’humiex rikonuxxuti fil-kostituzzzjoni Awstraljana? Il-gvern federali Awstraljan, talab li jsir referendum fost in-nies fl-Awstralja biex ikun deciż jekk iridux li tkun emendata l-Kostituzzjoni biex tinkludi Vuċi Indiġena fil-Parlament.


Votanti eliġibbli dalwaqt se jkunu mitluba biex jiddeċiedu jekk il-Kostituzzjoni Awstraljana għandhiex tkun aġġornata biex jingħata għarfien lill-popli Indiġeni permezz ta’ korp rappreżentattiv magħruf bħala l-Vuċi fil-Parlament.

Il-Vuċi jkun grupp elett biex jagħti pariri lill-gvern dwar kwistjonijiet u liġijiet li jaffettwaw lill-popli tal-Ewwel Nazzjonijiet.   

Il-kelliemi tal-Australian Electoral Commission (AEC) Evan Ekin-Smyth jispjega l-importanza ta’ referendum f’dan il-proċess.

“Referendum huwa vot nazzjonali dwar kwistjoni partikulari biex tibdel jew ma tibdilx il-Kostituzzjoni tal-Awstralja,” huwa jgħid.

L-uniku mod li bih tista’ tinbidel il-Kostituzzjoni huwa permezz ta’ vot mill-poplu. Il-Parlament m’għandux is-setgħa li jagħmel dan.
Evan Ekin-Smyth
Il-Kostituzzjoni tistabbilixxi kif il-gvern federali jaħdem. Tiddetermina l-bażi dwar kif il-Commonwealth, l-istati, u n-nies jaħdmu flimkien; inklużi x’liġijiet jistgħu jsiru mill-parlamenti statali u federali.

In-nies ikunu mitlub jivvutaw ‘yes’ jew ‘no’ għal din il-mistoqsija:  

“A Proposed Law: to alter the Constitution to recognise the First Peoples of Australia by establishing an Aboriginal and Torres Strait Islander Voice.

Do you approve this proposed alteration?”
YES 23 VOICE CAMPAIGN SYDNEY
A supporter is seen with the Aboriginal flag painted on her face in support of the vote hold placards during a Yes 23 community event in support of an Indigenous Voice to Parliament, in Sydney, Sunday, July 2, 2023. (AAP Image/Bianca De Marchi) NO ARCHIVING Source: AAP / BIANCA DE MARCHI/AAPIMAGE
Biex referendum ikun suċċess, maġġoranza doppja tal-poplu trid tappoġġjah.  

“Biex referendum jgħaddi, trid tinkiseb maġġoranza ta’ voti ‘yes’ man-nazzjon kollu, u l-maġġoranza ta’ voti ‘yes’ f’maġġoranza tal-istati. Għalhekk, tal-anqas erbgħa mis-sitt stati Awstraljani jridu jivvutaw yes,” jispjega s-Sur Ekin-Smyth.

Il-korp propost għall-Vuċi fil-Parlament ikun ibbilanċjant bejn rappreżentanti ta’ nisa u rġiel, magħżula mill-komunitajiet tal-Ewwel Nazzjonijiet biex jagħtu pariri lill-Parlament meta jkunu qegħdin isiru abbozzi ta’ liġijiet li jaffettwahom.

Il-Professur Megan Davis hija mara tar-razza Cobble u l-Kap tal-Liġi Kostituzzjonali fl-Università ta’ NSW.

Hija kienet parti mill-Panel ta’ Esperti fl-Għarfien tal-Popli Aboriġini u Torres Strait Islander li waslu għall-proposta ta’ Vuċi fil-Parlament.

Hija tgħid li pajjiżi oħra implimentaw b’suċċess mudelli simili.

Waħda mir-raġunijiet għaliex il-poplu Indiġenu għadu żvantaġġat fl-Awstralja hija għaliex il-gvern rari jikkonsulta mal-komunitajiet meta jagħmel liġijiet dwarhom.
Professor Megan Davis
In-nies tal-Ewwel Nazzjonijiet fl-Awstralja għandhom diversi ideat politiċi, xi wħud ma jaqblux dwar il-proposta ta’ Vuċi fil-Parlament.

Dawn jinkludu politikanti Indiġeni prominenti bħas-Senatur Liberali Jacinta Price min-Northern Territory u l-eks mexxej Laburista Warren Mundine, li jargumentaw li Vuċi fil-Parlament ftit li xejn issolvi l-problemi tal-Indiġeni.

Waqt li r-referendum ikompli joqrob, il-kampanji ta’ dawk ‘Yes’ u ‘No’ se jippreżetaw argumenti favur u kontra l-Vuċi fil-Parlament u se jintbagħtu fid-djar mal-Awstralja kollha.

JACINTA PRICE VOICE PRESSER
Country Liberal Party Senator Jacinta Nampijinpa Price walks with a young Indigenous woman wearing an Australian flag ahead of a press conference at Parliament House in Canberra, Wednesday, March 22, 2023. (AAP Image/Lukas Coch) NO ARCHIVING Source: AAP / LUKAS COCH/AAPIMAGE
Mr Ekin-Smyth jgħid li l-AEC qed taħdem fuq kampanja ta’ informazzjoni biex tinforma lil aktar minn 17-il miljun persuna rreġistrata biex tivvota fl-Awstralja.  

“Se jkollna eluf ta’ postijiet ta’ votazzjoni mal-pajjiż kollu fil-ġurnata tar-referendum.

“Ikun hemm ukoll ċentri ta’ votazzjoni fejn wieħed ikun jista’ jovvota kmieni fil-ġimgħat ta’ qabel il-jum tal-votazzjoni, għalhekk jekk ma tkunx tista’ tivvota dakinhar tal-votazzjoni, tista’ tmur tivvota personalment f’ċentru tal-votazzjoni li jiftaħ kmieni.


Pat Callanan rappreżentat tal-AEC jispjega l-varjetà ta’ riżorsi li se jkunu aċċessibbli għall-votanti.  

"Se jkollna riżorsi maqluba f’aktar minn 30 lingwa differenti, fuq il-websajt tagħna u permezz ta’ servizzi ta’ interpreti fuq it-telefown ukoll.”

Huwa jispjega li jekk xi individwu jkun imniżżel fuq ir-reġistru elettorali biex jivvota fl-elezzjonijiet, dawn huma eliġibbli wkoll li jivvutaw fir-referendum.

Għalhekk, bħal f’elezzjoni, il-votazzjoni hija ta’ bilfors.

Is-Sur Ekin-Smyth jemmen li huwa importanti li kulħadd jieħu shem fid-dibattitu u li kull individwu jagħmel ir-riċerka tiegħu qabel jivvota.

Bil-għaqal agħmel ir-riċerka tiegħek, aħseb jekk intix se tivvota ‘yes’ jew ‘no’, u kun ċert/a li meta tmur tivvota tkun infurmat/a x’qed tagħmel.
Evan Ekin-Smyth
Is-Sur Callanan jgħid li r-riżultat tar-referendum ma jistax jinbidel.

Share