Servizzi u avvenimenti mill-George Cross Falcons Community Centre | Louis Parnis

393692371_882268799932118_7622585362897175573_n.jpg

Il-George Cross Falcons Community Club jinsab għaxar minuti bogħod minn Wollongong u erbgħin minuta minn Liverpool. Il-Klabb inbena fl-1951 biex jgħin lil mijiet ta’ Maltin li kienu qegħdin jaslu minn Malta fis-snin ħamsin u sittin tas-seklu l-ieħor, u jissetiljaw fir-reġjun ta’ Illawara, jaħdmu fix-xogħol tal-azzar. Illum il-klabb għadu attiv jaqdi lill-komunità Maltija anzjana, u fl-istess ħin jinvolvi lill-ġenerazzjonijiet ġodda ta’ ulied il-Maltin f’diversi attivitajiet. Il-President tal-Klabb, is-Sur Louis Parnis jitkellem ma’ Joe Axiaq dwar il-programmi ta’ attivitajiet, l-avvenimenti u s-servizzi li joffri l-Klabb.



Share