Mons. Giuseppe De Piro | 90 sena minn mewtu

Monsinjur Giuseppe De Piro, kien is-saċerdot u missjunarju li waqqaf is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl f’Ġunju tal-1910. Is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, għenet ħafna lill-Maltin u Għawdxin jissetiljaw fl-Awstralja meta kienu qegħdin jaslu hawnhekk bl-eluf fis-snin ħamsin u sittin tas-seklu l-ieħor u għadha tieħu ħsieb il-kura spiritwali tagħhom sallum. Fl-okkażjoni ta’ għeluq id-90 sena mill-mewt ta’ Monsinjur Giuseppe De Piro, Dun Norbert Bonavia tal-istess Soċjetà jitkellem dwar il-ħajja tal-fundatur tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl.
Share