Malta tiċċelebra Jum ir-Repubblika

Republic Day
Il-korrispondent tal-SBS f’Malta, Leonard Callus jirrapporta dwar il-Maltin li kienu rikonoxxuti għas-Servizz tagħhom lir-Repubblika ta’ Malta. Fl-aħħar diskors tiegħu bħala president, it-Tabib George Vella semma li kien imwaqqaf milli jkompli bil-proċess għal Konvenzjoni dwar il-bidliet Kostituzzjonali, minħabba n-nuqqas ta’ rieda tajba li jintlaħaq ftehim dwar min se jmexxi l-Konvenzjoni. It-Tabib Vella qal ukoll li l-politika estrema partiġġjana qed iżżomm lura lil ħafna żgħażagħ b’talent ’il bogħd milli jidħlu fil-politika, waqt li ppropona li l-politika għandha tkun studjata fl-iskola.
Share