Iċ-Ċentru ta’ La Valette fi Blacktown, New South Wales qed jiċċelebra 60 sena mit-twaqqif tiegħu. Biex jiċċelebraw din l-okkażjoni, qed jorganizzaw lejla ta’ rikonoxximent f'La Valette Social Centre nhar is-Sibt 26 ta` Ottubru 2024.
Iċ-ċelebrazzjoni se tibda b’quddiesa fil-kappella St Francis fil-5pm, u wara, fis-7pm fis-sala ta’ La Valette ikun hemm ikla ta’ tlett korsi, u divertiment mill-kantant, Joe Apap, il-Maltese Concert Band u għana ma` Saver u Vitor il-Bukkett. Kulħadd mistieden li jingħaqad għal din iċ-ċelebrazzjoni speċjali.
Għal biljetti żuru l-websajt Għal aktar informazzjoni ċemplu lil Antoinette 0405 249 576.
La Valette Social Centre, 175 Walters Road, Blacktown NSW 2148