INTERVISTA Australian Bungolow Online.mp3
Jibda ir-restawr tal-Australian Bungalow

Credit: Din l-Art Ħelwa, Malta
Beda r-restawr fuq biċċa mill-Istorja Awstraljana f’Malta, imsejħa “The Australian Bungalow”. In-National Trust ‘Din l-Art Ħelwa’ ħadet f’idejha l-proġett u mistennija tispiċċa r-restawr fix-xhur li ġejjin. Eventwalment, din il-Bungalow se tiċċaqlaq mill-Għammieri għal Ta’ Qali fejn se titgawda minn kulħadd, inklużi l-Maltin Awstraljani li ser jivvjaġġaw lejn Malta fis-snin li ġejjin. SBS Malti intervista lil Joseph Philip Farrugia, Kunsillier man-National Trust dwar dan il-Bungalow u għaliex huwa importanti li din il-biċċa wirt Awstraljan elenkata tiġi restawrata u mġedda.
Share