Iż-żjara tal-President ta’ Malta fl-Awstralja | Sejħa għaż-żamma tal-kultura u l-lingwa Maltija

Fiż-żjara li l-President tar-Repubblika ta’ Malta, it-Tabib George Vella, qed jagħmel fl-Awstralja huwa ltaqa’ mal-ogħla mexxejja tal-pajjiż, fosthom il-Prim Ministru Awstraljan, Anthony Albanese u l-Mexxej tal-Oppożizzjoni, Peter Dutton. Fuq kollox kellu għadd ta’ laqgħat mal-Maltin, f’Melbourne, Adelaide, Canberra u Sydney. Fid-diskorsi tiegħu huwa kontinwament saħaq għall-għaqda fost il-komunità Maltija fl-Awstralja u ż-żamma tal-kultura u l-lingwa Maltija. Huwa enfasizza li l-Maltin u l-Għawdxin fl-Awstralja, għadhom f’qalb u f’moħħ il-poplu Malti.
Share