Is-Sur Lino Vella onorat għax-xogħol tiegħu fil-komunità

Fl-14 ta’ Marzu li għadda s-Sur Lino Vella, li ħalliena f'Jannar 2022 u li jibqa' magħruf fost il-komunità Maltija fl-Awstralja għax-xogħol tiegħu bħala l-editur tal-Maltese Herald, tpoġġa fuq il-lista ta’ dawk il-personalitajiet prominenti li taw kontribut fil-multikulturaliżmu Awstraljan. Dan sar waqt ikla mill-Premier ta’ New South Wales għal Jum l-Armonija. Iben Lino, Paul, irċieva midalja li ngħatat b’gieħ lil missieru, f'isem il-familja.
Share