Fl-intervista tiegħu l-President Vella jagħmel messaġġ lill-komunità Maltija fl-Awstralja biex fost l-oħrajn tinżamm il-lingwa u l-kultura Maltija. Jitkellem dwar is-sitwazzjoni preżenti fil-Lvant Nofsani, l-iżvilupp f’Malta f’dawn l-aħħar snin bit-tibdil fil-mod tal-ħajja u l-valuri, l-influss tal-ħaddiema barranin, il-qagħda tal-lingwa Maltija, l-isfidi waqt il-presidenza tiegħu, ir-riforma fil-kostituzzjoni, il-ħatra ta’ president warajh u l-ħajja wara karriera twila fil-politika.
Il-President ta’ Malta Dr George Vella jibda ż-żjara uffiċjali tiegħu fl-Awstralja
Il-President ta’ Malta t-Tabib George Vella, jitkellem ma’ Joe Axiaq dwar iż-żjara li tant kien ilu mistenni li jagħmel fl-Awstralja bħala president. Il-President Vella wasal Melbourne, il-Ġimgħa, 13 ta’ Ottubru, biex jibda żjara uffiċjali li se tlaqqgħu mal-komunitajiet Maltin fl-ibliet ta’ Melbourne, Adelaide, Canberra u Sydney.
Share