L-avveniment mill-International Youth Fellowship ‘Travel the World in a Day’ huwa opportunità unika li jesplora r-rikkezza u d-diversità tal-kulturi madwar id-dinja.
Il-Kunsill Malti ta’ Victoria huwa onorat li se jirrappreżenta lil Malta u lill-pajjiżi Ewropej f’dan l-avveniment, flimkien ma’ pajjiżi oħra bħal Korea, Myanmar (Burma), il- Cook Islands, il-Filippini, is-Sudan, il-Vjetnam u l-Uganda.
L-avveniment se jinkludi varjetà ta’ divertiment u stalls li juru l-kultura, l-ikel u l-lingwa ta’ kull pajjiż. Dawk li jattendu jkollhom ċ-ċans li jesperjenzaw is-sbuħija tal-kultura Maltija, permezz tal-mużika, iż-żfin, u l-ikel tradizzjonali.
Is-Sur Joe Matina, mill-Esekuttiv tal-Kunsill Malti ta’ Victoria, jitkellem ma’ Joe Axiaq dwar dan l-avveniment ‘Travel the World in a Day’ waqt li jħeġġeġ lill-Maltin u l-istudenti tal-Malti jattendu.
Meta: L-4 ta’ Mejju, 2024
Ħin: Mis- 1 pm-5 pm
Fejn: St Albans Community Hall, 33 Princess Street, St Albans.