Punti Ewlenin
- Ikel Awstraljan huwa l-ikel nattiv tal-Awstralja, li ħafna drabi jkun nutrittiv u mimli proteini u fibra.
- Ara x’jaqbel mas-sajf Awstraljan meta tikkunsidra li tinkludu ikel Awstraljan, tgħid esperta tal-ikel.
- Meta tiddiskuti minn fejn ikunu ġejjin dawk l-ingredjenti tkun qed tagħti rispett lin-nies tal-Ewwel Nazzjonijiet fl-Awstralja. Ikel Awstraljan magħruf bħala bush tucker huwa ikel nattiv tal-Awstralja u storikament li kienu jieklu l-ewwel Nazzjonijiet fl-Awstralja.
Bush Tucker huwa l-ikel nattiv tal-Awstralja u storikament kien jittiekel min-nies tal-Ewwel Nazzjonijiet fl-Awstralja u apprezzat minn ħafna.
Il-biċċa l-kbira tal-ikel Awstraljan huwa nutrittiv u mimli proteini u fibra, u jista’ jinkludi diversi frott, pjanti, fawna u żrieragħ.
Waqt li ingredjenti nattivi saru popolari aktar f’dawn l-aħħar snin, għal min isajjar fid-dar jistgħu jkunu ta’ sfida biex ikun jaf minn fejn jibda meta jinkludi dawn l-ingredjenti fl-ikel.
Damien Coulthard huwa raġel Adnyamathanha u Dieri minn Flinders Rangers u ko-fundatur ta’ Warndu, ħanut li jbigħ ingredjenti nattivi.

Co-founder of Warndu, Damien Coulthard. Credit: Jiwon Kim Credit: Jiwon Kim
"Fl-aħħar mill-aħħar dak li nixtiequ ninkoraġġixxu huwa esperimentazzjoni b’ingredjenti differenti Awstraljani u li tinkludihom fit-tisjir tiegħek,” jgħid Damien Coulthard.
Huwa jemmen li m’hemmx żmien aħjar milli nibdew nagħmlu dan issa, fil-festi tal-Milied u s-sena l-ġdida, meta jkun servut kull kwalità ta’ ikel.
1. Żid ingredjenti nattivi mal-insalata
Minflok tibda b’riċetta billi tuża ingredjanti nattivi, sempliċiment ibdel l-ingredjenti regulari tiegħek, jgħid Coulthard.
"L-iskop huwa li tidentifika t-togħmiet differenti u taħdem bihom, " ikompli jgħid Damien Coulthard.
Pereżempju warrigal greens jistgħu jkunu mqabbla mal-ispinaċi, is-samphire jista’ jkun inkorporat mal-asparagus u l-lemon myrtle tagħtik t-togħma taċ-ċitru, imma aktar b’saħħitha.
2. Ħawwar u immarina l-ikel b’igredjenti nattivi
Jekk tkun se sservi dundjan, tiġieġ, ħaruf jew ħut, ara tistax tħawwarhom bi ħwawar nattivi, inkluż melħ tal-buxx li għandu togħma ta’ melħ u ħwawar, perfetti biex issajjar fil-forn , stir-frying, u anke .
Pepperberry tista’ tkun tajba ħafna biex tagħmilha fuq il-laħam waqt li l-geraldton wax għandu togħma tal-lumi (lemony pine) u ideali biex timla u sservi mal-ikel tal-baħar.
3. Ikel tal-baħar
Arabella Douglas mara Minyubal hija l-fundatriċi ta’ Currie Country, organizzazzjoni ewlenija tal-Ewwel Nazzjonijiet li tiffaċilità l-konnessjoni permezz tal-inklużjoni kulturali.
Hija tispjega li ħaġa li wieħed għandu jikkunsidra meta jżid ingredjenti nattivi huwa li jistaqsi x’inhu adattat għas-sajf Awstraljan?
“Irridu niftakru fejn qegħdin u naġixxu skont il-kontinent fejn qegħdin ngħixu" tgħid Ms Douglas.

Arabella Douglas is a founder of Currie Country. Credit: Jiwon Kim
Ms Douglas temmen li l-prawns (gambli kbar) u ikel tal-baħar huma għażliet tajba biex isservi għall-ikel waqt li l-pippies u l-crab (granċ) huma fost il-favoriti tagħha.
"L-importanti huwa li kollox jaħdem flimkien u li nkuna nafu sewwa fejn nistgħu nibdlu ingredjent importanti ma’ ingredjent Awstraljan."
4. Żid ingredjenti nattivi mal-Pavlova klassika

Strawberry gum Pavlova with wattleseed cream. Credit: Josh Geelan and Luisa Brimble
Iżid jgħid li tkun aktar tajba meta tkun servuta bi frott Awstraljan bħal quondongs, Davidson plums u muntries.
Bidliet simili jistgħu jsiru fit-trifle.
5. Żid ingredjenti Awstraljani max-xorb li tipprepara
Il-wattleseed tista’ tkun alternattiva perfetta għal kafè, waqt li xorta tagħtik l-enerġija, imma mingħajr kafeina.
Finger limes u Davidson plums jistgħu jkunu miżjuda ma’ xorb ħafif waqt li l-lemon myrtle hija tajba ħafna biex iżżid ma’ xarbiet ibbażati fuq it-tonik.
River mint u ant loose tea jistgħu jagħtuk effett kalmant.
Oħloq storja dwar dak li tiskopri u aqsamha ma’ oħrajn
Meta tfittex u tiddiskuti minn fejn l-ingredjenti nattivi Awstraljani ġejjin tkun qed tiċċelebra l-wirt kulturali Awstraljan.
"Agħmel sforz biex tidentifika, l-istat, l-isem tal-lingwa marbut man-nazzjon Aboriġinu u oħloq storja dwarhom biex tiċċelebra dan il-wirt,” jgħid Damien Coulthard.
"Dan iwasslek biex verament tapprezza dak li tkun qed tiekol jew tixtrob."