Għajnuna meta xi ħadd għażiż għalik ikollu problemi tal-vizzju tal-logħob tal-flus

Konsegwenzi negattivi mill-gambling, (logħob tal-ażżard għall-flus, imħatri għall-flus ta’ riskju) jidhru f’diversi forom, li jaffettwaw mhux biss lil min jilgħab il-flus imma lill-familji u lill-ħbieb ukoll. Kemm jekk xi ħadd għażiż għalik qed isibha diffiċli bil-vizzju tal-logħob tal-flus jew qed jirkupra mill-vizzju, is-sapport huwa importanti. Fl-Awstralja ssib għajnuna f’diversi lingwi.

slot machines.jpg

Pokies present more risk of harm than any other form of gambling, according to an NSW Responsible Gaming Fund report. Credit: Getty Images/Alina555

PUNTI EWLENIN
  • • Ħsara potenzjali minn logħob tal-flus tista’ twassal għal problemi finanzjarji sa problemi ta’ saħħa mentali.
  • • Il-familja u l-ħbieb jintlaqtu mil-logħob kumpulsiv ta’ xi ħadd, imma hemm l-għajnuna.
  • • Sensittiva kulturali tista’ twaqqaf lil xi individwi milli jitolbu l-għajnuna
  • • Biex tgħin lil xi ħadd għażiż għalik b’mod effettiv teħtieġ is-sapport tal-familja u l-ħbieb ukoll.
Il-periklu ta’ ħsara mil-logħob tal-flus kemm onlajn u anke mhux onlajn mhux dejjem ikun jidher, tgħid il-Professur tal-Pskikoloġija fl-Università ta’ Sydney, Sally Gainsbury.
Ħafna drabi huwa msejjaħ vizzju moħbi għaliex il-problema ma tidhirx fl-għajnejn jew tinxtamm fin-nifs tal-persuna jekk ikollhom problema tal-logħob... Imma l-ħsara hija l-istess, u l-ispejjeż finanzjarji huma wkoll l-istess.
Sally Gainsbury, Professur tal-Psikoloġija fl-Universita' ta' Sydney.
Il-Professur Gainsbury hija d-Direttur taċ-Ċentru ta-Kura u r-Riċerka tal-Gambling fl-università.

Hija tgħid li l-irkupru mill-problema tal-vizzju tal-logħob tal-flus huwa wieħed kumpless, kemm għall-individwu li jkun qed isibha diffiċli biex jegħleb il-vizzju u anke għan-nies ta’ madwaru.

Hija tgħid li ħafna drabi l-persuna terġa’ taqa’ għall-istess vizzju.
Tama ma lana kate talatupe.jpg
Il-vizzju tal-logħob tal-flus onlajn Credit: Getty Images/becon
7.2% ta’ dawk adulti jinsabu fil-periklu li jaqgħu fil-vizzju tal-logħob tal-flus.

Komunitajiet minn sfond Kulturali u Lingwistiku Divers (CALD) ma jilagħbux flus aktar mill-bqija tal-popolazzjoni ġenerali, imma riċerka turi li huma aktar vulnerabbli li jesperjenzaw ħsara mil-logħob tal-flus.

Natalie Wright, Direttur tal-Uffiċċju tal-Logħob Responsabbli fi New South Wales, tgħid li nies minn komunitajiet diversi li jiffaċċjaw problemi tal-vizzju tal-logħob x’aktarx li jevitaw li jfittxu għajnuna minħabba l-mistħija u l-istigma
Il-counselling f’ħafna komunitajiet huwa xi ħaġa barranija għall-Pajjiżi tal-Punent. Għalhekk ħafna drabi hemm it-twemmin li n-nies ikunu jridu jżommu l-affarijiet fil-familja.
Natalie Wright, Direttur tal-Uffiċċju Responsabbli mill-Gambling fi New South Wales
Sad family.jpg
Familja milquta mill-vizzju tal-logħob Credit: Getty Images/uniquely India
Il-qraba u l-ħbieb ta’ nies li jesperjenzaw problema ta’ logħob tal-flus jistgħu jkunu milquta wkoll.

Ħafna drabi jesperjenzaw problemi finanzjarji assoċjati mal-problema tal-logħob tal-flus. X’aktarx li jesperjenzaw stress fir-relazzjoni, u jkollhom jiffaċċjaw il-konsegwenzi negattavi assoċjati mal-problema.

“Għalhekk dawn in-nies ikollhom bżonn is-sapport huma stess, irrespettivament jekk il-persuna tkunx qed tipprova tegħleb il-problema tal-vizzju tal-loghob tal-flus. Is-sapport ikun ta’ għajnuna wkoll waqt li jkunu qegħdin jippruvaw jgħinu jew jissapportjaw lil xi ħadd jirkupra mill-vizzju,” tispjega l-Professur Gainsbury.
Concerned man with bill.jpg
Il-vizzju tal-logħob Credit: Getty Images/Narisara Nami
Adam*, li huwa resident ta’ sfond Għarbi mill-Punent ta’ Sydney, ilu jipprova jirkupra mill-problema tal-logħob tal-flus sa mill-2014.

Huwa jgħid li l-familja immedjata tiegħu intlaqtet ukoll mill-problema tiegħu u dejjem issapportjawh waqt li kien qed jipprova jirkupra.

Huwa jiftakar qarib viċin tiegħu ifittex l-għajnuna huwa stess permezz tal-counselling waqt li huwa kien qed jipprova jegħleb il-probema.

“Għalhekk setgħu jgħinuni aħjar għax kienu jafu minn xiex kont għaddej, li kultant huwa diffiċli ħafna illi wieħed jifhem jekk hu stess ma jkunx ivvizzjat mil-loghob tal-flus.

“Naħseb li jfittxu l-għajnuna professjonali huma stess għenithom jifhmu li m’humiex responsabbli għal dak li ġara. U setgħu jgħinu aħjar.”

Għal Adam, il-bidla prinċipali biex jegħleb il-problema tiegħu waslet permezz ta’

, li huwa grupp ta’ irġiel u nisa li jaqsmu l-esperjenzi tagħhom biex jgħinu lil oħrajn jirkupraw mill-vizzju tal-logħob tal-flus.

Imma Adam jemmen li kulħadd għandu mod differenti biex jindirizza l-vizzju tal-logħob tal-flus.
[Xi] nies jirnexxu b’sempliċement counselling kull ġimgħa, billi jibdlu x-xogħol, billi jibdlu l-programm tal-ħajja, jew jagħmlu aktar eżerċizzju. Dawn huma affarijiet li jistgħu jaħdmu għal kulħadd.
Adam*, jegħleb il-problema tal-gambling
support group.jpg
Grupp ta' rġiel jisapportjaw lil xulxin - Credit: Getty Images/Marco VDM
'Ilbes il-maskra tal-ossiġnu l-ewwel'

Kull sapport jista’ jkun ta’ għajnuna, sakemm ikun ipprovdut sapport xieraq, tgħid il-Professur Gainsbury.

Hija xxebbaħ l-għajnuna tal-problema tal-vizzju tal-logħob tal-flus ma’ sitwazzjoni ta’ emerġenza fuq ajruplan, fejn il-passiġġieri jkunu mitluba li jilbsu maskra tal-ossiġni qabel jgħinu lill-oħrajn.

Huwa importanti għan-nies li jkunu jafu li hemm ħafna sapport li jistgħhu jiksbu. M’humiex waħidhom... [u] żomm f’moħħok ix-xebħ li tilbes il-maskra tal-ossiġnu tiegħek l-ewwel.
Il-Professur Gainsbury.
Doctor with patient.jpg
Some people feel more comfortable asking their doctor to direct them to a specialised service. Credit: Getty Images/nahsoon
Servizzi bbażati fl-istati joffru riżorsi u counselling bit-telefown, onlajn jew wiċċ imb wiċċ.

Il-kampanja tal-Gvern ta’ New South Wales (NSW)

, għandha l-għan li tgħin lin-nies minn komunitajiet diversi li jkunu qegħdin jiffaċċjaw problemi bil-logħob tal-flus u ma jkunux ċerti dwar kif jiksbu għajnuna.

L-ewwel li għandek tagħmel huwa jekk toqgħod NSW li tiċċekkja

fuq 1800 858 858.

Tista’ tikseb ukoll pariri finanzjarji.

Jekk id-dejn ikun qed jikber minħabba l-logħob tal-flus minn xi ħadd għażiż għalik, jekk ikun hemm xi problemi finanzjarji, tista’ titlob għall-pariri finanzjarji, tirrakomanda Ms Wright.
Ħafna nies ifittxu sapport informali. Għalhekk hemm sapport minn tabib tas-saħħa, jew sapport fil-komunità, bħal mexxejja komunitajri jew mexxejja reliġjużi, jew sapport fil-familja tagħhom.
Il-Professur Gainsbury.
“Counselling f’aktar minn 50 lingwa jista’ jinkiseb minn kulħadd fl-istat,” tgħid Ms Wright.

Fl-aħħar mill-aħħar, li tappoġġja lil xi ħadd bi problema tal-vizzju tal-logħob tal-flus, hija tgħid huwa parti mill-inkoraġġiment li tgħidilhom ifittxu għajnuna professjonali.

*Mhux ismu propju.

Għal għajuna ċempel jew ikklikkja l-links hawn taħt:


Share
Published 22 August 2022 10:20am
Updated 22 August 2022 10:26pm
By Zoe Thomaidou
Source: SBS


Share this with family and friends