X’inhi s-Sena Lunari Ġdida u kif tkun iċċelebrata fl-Awstralja?

Is-Sena Lunari Ġdida, magħrufa wkoll bħala s-Sena Ġdida Ċiniża hija parti mill-kultura Awstraljana. Iċ-ċelebrazzjoni ta’ din is-sena f’Sydney, per eżmepju, hija magħrufa li hija l-akbar ċelebrazzjoni tat-tip tagħha barra l-Asja.

 Leão Vermelho no Ano Novo Lunar

Leão Vermelho no Ano Novo Lunar Source: AAP Image/Jeremy Ng

Din is-sena 2023, il-Ġurnata Lunari tas-Sena Ġdida se tkun fit-22 ta' Jannar.

Hemm erba’ elementi tal-festivitajiet tas-Sena l-Ġdida. Jibdew b’ġimgħa qabel b’dik magħrufa s-Sena Żgħira, ġurnata ta’ tifkira u talb segwita b’Lejliet l-Ewwel tas-Sena, ġurnata li tgħaqqad lil kulħadd u l-għoti tar-rigali.

Il-Festival tar-Rebbiegħa jdum ħmistax-il ġurnata sal-Festival tal-Laterni. 

Dr Pan Wang, lekċerer tal-Istudji Ċiniżi u Asjatiċi fl-Università ta’ New South Wales tgħid, “Is-Sena Lunari Ġdida hija l-bidu ta’ kalendarju tas-sena lunari. Ibbażat fuq iċ-ċikli tal-qamar, tista’ tkun magħrufa wkoll bħala s-Sena Ġdida Ċiniża jew il-Festival tar-Rebbiegħa.”   

"Hija ċċelebrata fiċ-Ċina u pajjiżi oħra fil-lvant tal-Asja bħall-Korea, il-Vjetnam u l-Ġppun,” tispjega Dr Wang. 

Tiġi ċċelebrata wkoll fil-Malasja u l-Mongolia, kif ukoll f’ħafna pajjiżi tad-dijaspora madwar id-dinja.  

Is-Sena Lunari Ġdida għandha storja li tmur lura sa 4,000 sena, li tibda mid-dinastija ta’ Xia jew Shang, iżżid tgħid Dr Wang.
dragon
Source: Getty Images/Kiszon Pascal
“Opportunità li titgħallem dwar il-kulturi tal-Asja tax-Xlokk u l-Lvant”

Dr Kai Zhang taħdem mal-Programm tal-Lingwa Ċiniża Moderna fl-Iskola tal-Kultura, Storja u Lingwa fl-Università Nazzjonali Awstraljani f’Canberra.  

Hija tgħid, li ċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sena Lunari Ġdida fl-Awstralja huma opportunità kbira għan-nies mid-dinja kollha biex jitgħallmu dwar il-kulturi Ċiniżi,  tal-Asja tax-Xlokk u tal-Asja tal-Lvant fid-dettal.

"Hija avveniment kulturali bi storja twila u b’tifsiriet rikki u simboliċi fiha,” hija tgħid.

Modi kif tkun iċċelebrata s-Sena Lunari Ġdida

Attivitajiet tas-Sena Lunari Ġdida jinkludu tiżjin, ikel mal-familja f’Lejliet l-Ewwel tas-Sena, it-tqassim ta’ envelopsijiet ħomor u rigali oħra, it-tqabbid ta’ trikkitrakki u xogħol tan-nar, u li tara ż-żfin tal-iljun u d-dragun.  

"Is-sena Lunari Ġdida hija ċċelebrata permezz tal-ikel, ikel tal-ħut, dumplings, familji li jingħaqdu flimkien u anke mal-ħbieb,” tispjega Dr Wang.

"Il-kulur aħmar huwa kkunsidrat bħala kulur ta’ risq tajjeb. Għalhekk waqt li tara ħafna tiżjin b’kulur aħmar, hija tradizzjoni wkoll għaċ-Ċiniżi li jagħtu envelop aħmar lit-tfal bħala mod biex jiċċelebraw is-sena l-ġdida u jiċċelebraw li qegħdin jikbru.” 
performers
Chinese dancers perform during the Sydney Lunar Festival Media Launch at the Chinese Garden of Friendship in Sydney on February 9, 2021. Source: AAP Image/Bianca De Marchi

Iris Tang kibret iċ-Ċina u ġiet l-Awstralja 20 sena ilu.  

Hija tgħid li d-differenzi ewlenin bejn iċ-ċelebrazzjonijiet fl-Awstralja u ċ-Ċina ewlenija hija li f’pajjiżha jkun hemm vaganza pubblika twila b’konnessjoni maċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sena Lunari Ġdida – li huwa żmien meta mijiet ta’ miljuni ta’ nies jivvjaġġaw lejn l-ibliet tagħhom fiċ-Ċina biex jiltaqgħu mal-familji tagħhom.

Skont Tang, l-ikel huwa parti importanti taċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sena Lunari Ġdida fl-Awstralja, kif inhu fiċ-Ċina.

"Personalment, jien niċċelebra s-sena l-ġdida mal-familja u l-ħbieb tiegħi f’Canberra billi nipprepara ħafna ikel. Il-mod kif nagħmlu dan huwa li noqogħdu madwar il-mejda u nagħmlu mijiet ta’ dumplings minn Lejliet l-Ewwel tas-Sena.

"Nagħmel aktar minn ikla waħda għall-persuna u x’aktarx niffriża wħud minnhom għal aktar tard għall-bqija taċ-ċelebrazzjonijiet tas-sena l-ġdida.”

Il-Kalendarju Tradizzjonali Ċiniż

Għalkemm iċ-Ċina moderna tuża l-kalendarju Gregorjan, il-kalendarju tradizzjonali Ċiniż huwa wżat ħafna kemm fiċ-Ċina u anke fost iċ-Ċiniżi barra ċ-Ċina  billi jispeċifika vaganzi tradizzjonali, bħas-Sena Lunari Ċiniża, il-Festival tal-Lanterni u l-Festival Qingming.

Jagħti wkoll in-nomenklatura Ċiniża tradizzjonali ta’ dati f’sena li n-nies jużaw biex jagħzlu dati importanti bħal tiġijiet, funerali, meta jġorru minn dar għall-oħra jew jibdew negozju ġdid, tispjega Dr Pan Wang.

"F’dan il-kalendarju, il-bidu tax-xahar huwa determinat mill-fażi tal-qamar. Għalhekk bħal biċċa l-kbira tal-kalendarji lunari, ix-xhur huma 29 jew 30 ġurnata twila, u l-bidu tas-sena huwa determinat mis-sena solari,” tispjega Dr Wang.  

Varjazzjonijiet tal-kalendarju tradizzjonali Ċiniż jintużaw mal-Asja tal-Lvant kollha.
red lanterns
Source: Getty Images/d3sign

Kull sena, il-Ġurnata tas-Sena Lunari Ġdida tista’ taħbat jew f’Jannar jew inkella fi Frar, tispjega Pan Wang. 

"Hija bejn l-aħħar ta’ Jannar u nofs Frar – dan ivarja. Din is-sena din se tkun fi Frar.”

Il-Festival tal-Lanterni

Iċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sena Lunari Ġdida tradizzjonalment idumu ġimagħtejn b’kollox, minn Lejliet is-Sena Lunari Ġdida sal-Festival tal-Lanterni, li jsir fil-ħmistax-il ġurnata tas-sena lunari, tispjega Dr Kai Zhang.

Il-Festival tal-Lanterni jaħbat fil-ħmistax-il ġuranta tal-ewwel xahar, skont il-kalendarju Ċiniż.

"Jissejjaħ il-Festival tal-Lanterni għaliex hemm tradizzjoni fejn familji jagħmlu fanali żgħar għat-tfal, u dawn litteralment jixegħluhom barra l-bieb tad-dar tagħhom,” hija tgħid. 

"U sakemm nistgħu mmorru lura fl-istorja, sa kmieni d-dinastija ta’ Tang, dejjem kien hemm avvenimenti kbar miżmuma f’din id-data.”

"Żmien li jingħata rispett lill-antenati"

Dr Craig Smith huwa lekċerer ewlieni fl-Istudji tat-Traduzzjonijiet (Ċiniżi) fl-Istitut Asjatiku fl-Università ta’ Melbourne.

Huwa għex fit-Tajwan u l-Korea t’Isfel għal xi snin u għandu l-isbaħ tifkiriet taċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sena Lunari Ġdida fiż-żewġ pajjiżi.

Dr Smith jgħid li fil-Korea t’Isfel il-Ġurnata tas-Sena Lunari Ġdida huwa żmien meta jingħata rispett lill-antenati, tradizzjoni li tinsab ukoll f’kulturi oħra.

“Fil-Ġurnata tas-Sena l-Ġdida, kulħadd iħejji ikla għall-antenati li m’għadhomx magħna, jiftakru fihom u joffru xarba għalihom,” jgħid Dr Smith.
chinese lion
رقص شیر Source: Getty Images/Nigel Killeen

"Storja li tmur lura eluf ta’ snin"

Dr Smith jgħid li hemm ħafna elementi fiċ-ċelerazzjonijiet tradizzjonali tas-Sena Lunari Ġdida li huma ġejjin minn pajjiżi oħra barra ċ-Ċina.

Per eżempju, dan huwa l-każ taż-żfin tal-iljun li tradizzjonalment jintwera f’parati tas-Sena Lunari Ġdida.  

"Meta akkademiċi jħarsu lejn din it-tradizzjoni taż-żfin tal-iljun, dawn fil-fatt imorru lura eluf ta’ snin ilu, u ilna nafu li ħafna mit-tradizzjonijiet, reliġjonijiet, mużika u arti daħlu fiċ-Ċina minn dak li issa nsejhu Il-Punent jew il-pajjiżi tal-Asja Ċentrali, speċjalment matul il-famuża rotta tan-negozju tal-ħarir taċ-Ċina u l-Punent,” jispjega Dr Smith.
Sydney fica ao rubro nesta altura do ano
A stall seen selling Chinese New Year products during the Georges River Lunar New Year Festival in Sydney on January 18, 2020. Source: AAP Image/Jeremy Ng
Is-sena 2023 hija s-sena tal-Fenek, li tibda mill-Ġurnata tas-Sena Lunari Ġdida Ċiniża  u tispiċċa fl-10 ta' Frar 2024. 

Sena żodjatka Ċiniża tibda u tispiċċa mas-Sena Lunari Ġdida.

Kull sena skont iċ-ċiklu żodjatku ripetut ta’ 12-il sena huwa rrappreżentat b’annimal żodjatku, kollha bi kwalitajiet tajbin. Il-Fenek huwa r-raba' fiċ-ċiklu żodjatiku.

Skont l-ordni, dawn huwa, il-Ġurdien, l-Għoġol, it-Tigra, il-Fenek, id-Dragun, is-Serp, iż-Żiemel, il-Mogħża, ix-Xadina, is-Serduk, il-Kelb u l-Ħanżir.

Dr Wang tgħid li t-Tigra tissimbolizza setgħa, saħħa, qawwa u li l-affarijiet ikunu kkontrollati – bidla meħtieġa għad-dinja waqt li l-umanità għaddejja mill-pandemija tal-COVID-19.

Share
Published 27 January 2022 8:26pm
Updated 20 January 2023 7:39pm
By Chiara Pazzano


Share this with family and friends