Punti Ewlenin
- Ċerimonja ta’ Welcome to Country hija differenti minn Għarfien tal-Art
- Sidien Tradizzjonali ta’ erja partikulari biss jistgħu jesegwixxu Welcome to Country
- Hemm riżorsi biex jgħinuk tipprepara għall-Għarfien tal-Art minnek stess
Welcome to Country (Merħba fuq Artna) tista’ ssir permezz ta’ diskors, żfin jew ċerimonja tad-duħħan fil-bidu ta’ avveniment. Ir-ritwal ta’ merħba jsir mis-Sidien Tradizzjonali tal-art, li fuqha jsir l-avveniment.
X’itfisser il-Merħba?
Welcome to Country hija ritwal biex tkun żgurata s-sigurtà spiritwali, tgħid Jude Barlow, Ngunnawal Elder mir-reġjun ta’ Canberra.
“Meta tkun milqugħ/a fuq l-Art ta’ Pajjiż ifisser li tkun qed titkellem mal-antenati spiritwali u inti tkun qed tgħid ‘Ħalli lil din il-persuna tidħol. Aħna nafdaw li mhux se jagħmlu xi ħsara fuq din l-Art għalhekk tagħmlulhomx ħsara,” hija tgħid.
“Meta nimxi f’Art oħra tal-Ewwel Nazzjonijiet, jien infittex li nkun milqugħa, għalhekk inħoss li l-ispirti jaċċettawni li nkun hemm, għaliex għadhom magħna – jinsabu fl-annimali, qegħdin fis-siġar.
X’inhi Art?
It-term ‘Art’ jirrappreżenta xi ideat kumplessi. Huwa wżat biex jiddeskrivi art, baħar u fejn hemm l-ilma, imma jinkorpora wkoll l-idea ta’ ħajja, familja u konnessjoni, tgħid Jude Barlow.
“Hija l-enerġija li nħoss meta nkun fuq l-Art. Meta ma nkunx hawn ikun hemm xi ħaġa nieqsa f’ħajti. Hija wkoll konnessjoni mal-antenati tiegħi, għaliex il-poplu Aboriġinu għandu storja orali, u l-Art tinkorpora dawk l-istejjer.”
Jista’ kulħadd jesegwixxi Welcome to Country?
Il-Merħba tista’ ssir biss minn Sidien Tradizzjonali tal-art fejn tkun qed tiltaqa’ .
Ħafna drabi s-Sidien kienu magħrufa formalment bħala grupp ta’ Sidien Tradizzjonali għal erja speċifika, jgħid Paul Paton. Huwa raġel Gunnai u Monaro mil-Lbiċ tal-Awstralja u CEO tal-Federazzjoni tal-Korporazzjonijiet tas-Sidien Tradizzjonali f’Victoria.

Welcome to Country performed at Big Bash League, Perth Source: Paul Kane/Getty Images
“Is-Sidien Tradizzjonali huma marbuta ma’ post partikulari jew Art u huwa importanti ħafna għalihom li aħna nonoraw din il-konnessjoni ma’ dik il-biċċa art, jew pajsaġġ kulturali – dik il-konnessjoni li ilha għaddejja għal eluf ta’ ġenerazzjonijiet,” huwa jgħid.
F’xi partijiet tal-Awstralja s-Sidien Tradizzjonali huma magħrufa sewwa, waqt li f’xi oħrajn, biex tidendifika s-Sidien tkun teħtieġ riċerka, partikularmnet jekk ma jkunux magħrufa formalment.
Organizzazzjonijiet governattivi u kunsilli lokali ħafna drabi jkunu jistgħu jikkonnettawjk mas-Sidien Tradizzjonali. Kuntatt mal-Kunsill tal-Art Aboriġinali tal-lokal fejn toqgħod jew organizzazzjoni tas-Saħħa Aboriġina jista’ jkun ukoll punt ta’ kuntatt fid-direzzjoni t-tajba.

Welcome to Country performed before Super Netball, Melbourne 2022 Source: AAP Image/James Ross
‘L-Għarfien tal-Art’ huwa differenti?
‘Għarfien tal-Art’ isir ukoll fil-bidu ta' laqgħat u avvenimenti bħala rispett. Id-differenza hija li m’hemmx bżonn li jsir minn Sid Tradizzjonali.
“Għarfien tal-Art jista’ jsir minna lkoll, suwed u bojod, ġejjin minn fejn ġejjin,” tgħid SBS’ Elder in Residence, Rhoda Roberts.
“Għalhekk l-għarfien huwa li tirrikonoxxi li inti tista’ tkun qed taħdem jew tgħix f’post li mhux il-post li int ġej minnu, imma dwar dan kollox sewwa. Inti xorta parti minnu u inti tagħraf u tirringrazzja lis-Sidien u lill-Elders.”
Il-Preparazzjoni għal Għarfien
M’hemmx kliem eżatt għal Għarfien, għalhekk l-intenzjoni u s-sinċerità huma kruċjali. Hija opportunità li titkellem mill-qalb minflok minn kitba lesta.
Hemm riżorsi onlajn biex jgħinuk tipprepara l-Għarfien tiegħek.
“U tħallix dan għall-aħħar minuta, ippjanah bħala parti mill-avveniment sħiħ tiegħek – mhux bħala ħsieb li jiġik wara,” tgħid Jude Barlow.
"Dan huwa sinjal ta’ rispett."
Oqgħod attent/a biex issemmi l-Art fejn qed tiltaqa’.

Acknowledgement of Country given by Aunty Yvonne Weldon during the First Nations Fashion + Design show, Sydney 2022 Source: Stefan Gosatti/Getty Images
Semmi s-Sidien Tradizzjonali jekk huma magħrufa formalment u agħti rispett lill-Elders tal-passat, tal-preżent u dawk li qegħdin isiru prominenti.
Jekk is-Sidien Tradizzjonali mhumiex identifikati jew aktar minn grupp wieħed wera interess f’parti partikulari tal-Art, ikun xieraq li tagħraf ‘Is-Sidien Tradizzjonali’ b’mod ġenerali, jgħid Paul Paton.
“Jekk l-Art tkun ikkontestata, din tkun ħaġa wkoll li għandha tingħata għarfien.”