Trid tgħin fit-tmexxija futura tal-Awstralja? Hawnhekk għandek l-informazzjoni dwar kif tivvota

Bl-elezzjoni federali dalwaqt titħabbar, hemm passi li tista’ tieħu biex tiżgura li tkun tista’ tivvota.

Tasmanians complete ballot forms

Tasmanians complete ballot forms Source: Getty Images/Steve Bell

Punti Ewlenin

  • Għandek tkun ċittadin/a Awstraljan/a u jkollok tal-anqas 18-il sena biex tivvota 
  • Tista’ tirreġistra onlajn jew tibgħat formula fuq il-karta 
  • Il-websajt tal-Kummissjoni Elettorali Awstraljana (AEC) toffri informazzjoni f’diversi lingwi, u informazzjoni bħala gwida li faċli tinqara bl-Ingliż  
L-elezzjoni federali hija opportunità biex tgħid kif taħsibha billi tivvota biex ikun elett il-gvern li jmiss fl-Awstralja.  

Jien eliġibbli biex nirreġistra?

Għalkemm il-votazzjoni hija ta’ bilfors għall-biċċa l-kbira tan-nies fl-Awstralja, l-ewwel għandek tiċċekkja jekk intix eliġibbli. 

“Kull min huwa ċittadin Awstraljan u għandu 18-il sena jew aktar huwa eliġibbli biex jirreġistra biex jivvota,” jispjega Evan Ekin-Smyth, kelliemi għall-Kummissjoni Elettorali Awstraljana (AEC).

“Imma għandek tkun fuq ir-reġistru elettroali jekk trid li tivvota.”

Skont l-AEC, kważi 400,000 ċittadin ġdid Awstraljan rreġistraw biex jivvutaw waqt dan iċ-ċiklu elettorali

Voting Centre
Voting Centre Source: AEC

Meta għandi nirreġistra?

“Aħna ninkoraġġixxu lill-Awstraljani kollha ġodda biex jirreġistraw kmieni kemm jista’ jkun hekk kif isiru eliġibbli biex hekk jikkontribwixxu għall-futur tal-Awstralja,” jgħid Mohammad Al-Khafaji, CEO tal-Federazzjoni tal-Kunsilli tal-Komunitajiet Etniċi fl-Awstralja (FECCA). 

L-għeluq tar-reġistrazzjoni huwa ssoltu ġimgħa wara li d-data tal-elezzjoni tkun tħabbret. Ikollok ġimgħa wkoll biex taġġorna d-dettalji tiegħek jekk inti diġà rreġistrat/a.  

“Imma m’għandekx għalfejn tistenna għall-aħbar tal-elezzjoni,” jgħid Ekin-Smyth.

“Tista’ tirreġistra issa.”

Kif nirreġistra?

Tista’ tirreġistra billi tuża sempliċement formula onlajn. Tista’ tirreġistra billi tuża s-smartphone tiegħek. 

Mur fuq .  

Jekk tippreferi, formuli tal-karti biex tirreġistra dawn jinkisbu minn kull uffiċċju tal-AEC, jew billi ċċempel 13 23 26 biex tirċievi waħda bil-posta. 

Irid ikollok xi tip ta’ identifikazzjoni bħall-passaport Awstraljan, il-liċenzja tas-sewqan jew ċertifikat ta’ ċittadinanza.   

Jekk ma jkollokx xi forma ta’ identifikazzjoni, jew tlift dawn id-dokumenti, importanti li tapplika għalihom ukoll bil-quddiem.

Iż-żmien li tistenna għall-ħruġ ta’ dokumenti ta’ identifikazzjoni jista’ jvarja minn ġuriżdizzjoni għall-oħra, u f’xi każijiet jista’ jieħu sa erba’ ġimgħat.
Ballot box
Source: AEC

Irrid nirreġistra għal kull elezzjoni?

Hekk kif titniżżel fuq ir-reġistru elettorali tkun tista’ tivvota f’kull elezzjoni federali, statali jew lokali fil-futur.  

Għalhekk huwa essenzjali li żżomm id-dettalji tiegħek aġġornati.

Ikollok ġimgħa wara li tkun tħabbret l-elezzjoni biex tiżgura li d-dettalji tiegħek fuq ir-reġistru elettorali jkunu korretti, jgħid Ekin-Smyth. 

“Aħna nibagħtu nfakkru lil dawk li jkunu bidlu darhom, per eżempju jekk nirċievu l-informazzjoni. Imma huwa importanti li meta tibdel darek jew tibdel ismek, li taġġorna d-dettalji tiegħek.”  

Kull m’għandek tagħmel huwa li tmur fuq  u tagħmel it-tibdil meħtieġ. 

Jekk m’intix ċert/a jekk intix fuq ir-reġistru elettorali ċċekkja fuq  jew ċempel 13 23 26.

Għajnuna biex tgħinek tirreġistra

Kemm l-AEC u s-servizzi ta’ sapport fil-komunità fl-Awstralja jipprovdu għajnuna  biex jgħinu lil dawk li jkunu se jivvutaw għall-ewwel darba li jista’ jkollhom diffikultajiet fil-lingwa jew minħabba l-kultura tagħhom.  

“Aħna rridu nifhmu li xi nies li jiġu minn pajjiżi fejn huma skoraġġiti li jivvutaw,” jgħid Al-Khafaji.

“Għalhekk hemm bżonn ta’ bidla fil-mentalità. Aħna rridu li niżguraw li n-nies iħossuhom fiduċjużi li meta jivvutaw, il-vot tagħhom ikun jgħodd u li ma jkunx hemm intimidazzjonijiet jew konsegwenzi għalihom.” 

Il-websajt tal-AEC tinkludi l-linji gwidi tal-eliġibilita u r-reġistrazzjoni, maqluba bil-lingwa tiegħek. Jipprovdu wkoll Servizz ta' Interpretar bit-Telefown.

Senate and house of representatives ballot box
Source: AEC
Il-websajt tal-AEC toffri wkoll ‘informazzjoni faċli biex tinqara li hija miktuba b’Ingliż sempliċi u illustrazzjonijiet.  

Organizzazzjonijiet multikulturali lokali huma importanti biex jilħqu l-komunitajiet tagħhom biex jgħinu lil dawk li m’humiex ċerti fejn jibdew bil-proċess ta’ reġistrazzjoni.   

Ivy Zhuo hija ħaddiema mal-Migrant Resource Centre Tasmania (MCR Tas) biex tissapportja lin-nies jissetiljaw. 

“Aħna noffru servizz b’ħaddiema b’aktar minn kultura waħda. Pariri dwar ċittadinanza u l-votazzjoni huma tnejn mill-aktar affarijiet li jistaqsu dwarhom,” tgħid Ms Zhuo.  

It-tim tagħna li jgħin fl-issetiljar u voluntieri mħarrġa jwieġeb għall-mistoqsijiet bħal "Eliġibbli li nivvota?", "Kif nirreġistra? u " Għandi nivvota?"

Il-websajt  tipprovdi wkoll informazzjoni permezz tas-Soundcloud biex in-nies ikunu jistgħu jitgħallmu dwar kif jirreġistraw biex jivvutaw billi jisimgħu rekordings bil-lingwa tagħhom.

X’jiġri jekk ma nirreġistrax biex nivvota?

Jekk tonqos li tivvota jista’ jwassal għal multa. Il-votazzjoni hija ta’ bilfors, imma aktar importanti huwa li żżomm f’moħħok li tkun qed tonqos milli tgħid kif taħsibha dwar it-tmexxija tal-pajjiż jekk ma tirreġistrax.

Iċċekkja  biex tirreġistra fil-ħin għall-elezzjoni ġenerali tal-2022.


  


Share
Published 29 March 2022 1:01pm
Updated 29 March 2022 1:16pm
By Melissa Compagnoni


Share this with family and friends