'Tħejjija għall-ivvjaġġar': L-aħħar informazzjoni dwar l-ivvjaġġar mill-gvern Awstraljan'

Id-Dipartiment tal-Affarijiet Barranin u Kummerċ jgħid li s-sitwazzjoni tal-ivvjaġġar internazzjonali issa hija aktar kumplessa waqt li l-każijiet tal-COVID-19 u l-monkeypox qegħdin jiżdiedu globalment.

AUSTRALIA-SYDNEY-COVID-19-BORDER REOPENING

Passengers at Sydney Airport in Australia. (file) Credit: Xinhua News Agency/Xinhua News Agency via Getty Ima

Key Points
  • Dawk li mhumiex imlaqqma fl-Awstralja huma “skoraġġiti ħafna” milli jivvjaġġaw: Department of Foreign Affairs and TradeUnvaccinated Australians are "strongly discouraged" from travelling: Department of Foreign Affairs and Trade
  • L-Uffiċjal Mediku Ewlieni Michael Kidd jinkoraġġixxi lin-nies fl-Awstralja biex “ikollhom pjan ta’ kontinġenza”Deputy Chief Medical Officer Michael Kidd encourages Australians to "have a contingency plan"
  • ATAGI jirrakomandaw żewġ dożi tal-vaċċin tal-monkeypox għall-grupp speċifiku li għandhom jittieħdu minn 4-6 ġimgħat qabel jivvjaġġaw ATAGI recommends two doses of monkeypox vaccine for a specific group 4-6 weeks before their travel
Kelliemi għad-Dipartiment tal-Affarijiet Barranin u Kummerċ qal lil SBS li dejjem hemm perikli fl-ivvjaġġar.

"Is-sitwazzjoni tal-ivvjaġġar internazzjonali hija aktar kumplessa. Ninkoraġġixxi bil-qawwa lin-nies fl-Awstralja biex ikunu lesti qabel jivvjaġġaw u jżommu ruħhom aġġornati dwar l-aspetti kollha tal-ivvjaġġar,” qal il-kelliemi għad-Dipartiment.

Allura xi jfisser li tkun lest/a biex tivvjaġġa?

1. Agħmel riċerka fejn tkun sejjer/sejra

In-nies fl-Awstralja jistgħu jużaw , app tal-gvern, li jipprovdi l-aħħar informazzjoni dwar l-ivvjaġġar biex tifhem il-ħtiġijiet u r-riskji f’178 destinazzjoni.

L-informazzjoni li għandha x’taqsam mal-aċċess konsulari tista’ tinkiseb minn fuq il-portal.

Dawk li jkunu qegħdin jivvjaġġaw lejn l-Awstralja jistgħu jiċċekkjaw ir-restrizzjonijiet tal-fruntieri u l-ħtiġijiet lokali qabel jaslu l-Awstralja.

2. Ħu t-tilqimiet li jkollok bżonn

Ċittadini Awstraljani, residenti permanenti u viżitaturi internazzjonali jistgħu jħallu l-Awstralja meta jridu.

Madankollu, għal xi pajjiżi ċ-ċertifikat tat-tilqim tal-COVID-19 għadu obbligatorju qabel tasal fil-pajjiż.

Kelliemi għad-Dipartiment tal-Affarijiet Barranin u Kummerċ (Department of Foreign Affairs and Trade) qal li dawk in-nies fl-Awstralja li mhumiex imlaqqma kontra l-COVID-19 huma “skoraġġiti li jivvjaġġaw barra l-Awstralja minħabba perikli tas-saħħa.”

Fassal pjan ta’ kontinġenza

Id-Deputat Uffiċjal Mediku fl-Awstralja Michael Kidd jinkoraġġixxi lin-nies fl-Awstralja biex “ikollhom pjan ta’ kontinġenza” jekk jimirdu jew ikollhom jiżolaw meta jkunu barra l-Awstralja.

"Huwa importanti għall-Awstraljani kollha li jsegwu l-ordni tas-saħħa pubblika u l-pariri tagħhom,” qal il-Professur Kidd.

Jista’ jkun aħjar li tivvjaġġja fi ftit postijiet milli f’ħafna postijiet kuljum, fil-każ li tħossok ma tiflaħx u jkollok tieqaf tivvjaġġa.
Ħu l-inxurjans qabel tivvjaġġa

Dawk li jivvjaġġaw huma mwissija li jiċċekkjaw biex jaraw jekk l-inxurjans tal-ivvjaġġar tagħhom tkoprix l-inxurjans tas-saħħa għall-COVID-19 u waqfien relatat fl-ivvjaġġar.

  ingħaqdu ma’ CHOICE biex jipprovdu lin-nies fl-Awstralja bi gwida kif tikseb l-inxurjans tal-ivvjaġġar.
X’inhi s-sitwazzjoni dwar il-monkeypox?

In-numru jikber tal-każijiet tal-monkeypox (MPX) ġiegħel lill-organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa biex tiddikjara pandemija globali fit-23 ta’ Lulju.

Mill-1 ta’ Jannar, 83 pajjiż irrappurtaw aktar minn 23,000 każ ikkonfermat u tmien imwiet. Fl-Awstralja nstabu tal-anqas 58 każ tal-MPX, il-biċċa l-kbira minn vjaġġaturi li reġgħu lura l-Awstralja minn pajjiż ieħor.

Kelliemi għad-Dipartiment tas-Saħħa u l-Kura tal-Anzjani qal lil SBS li n-nies fl-Awstralja għandhom joqogħdu attenti għal sinjali ta’ infezzjoni tal-MPX jekk ikunu vvjaġġaw jew reġgħu lura minn pajjiżi fejn instabu l-każijiet tal-virus.

"Huma mħeġġa biex ifittxu għajnuna medika jekk jaħsbu li kienu esposti għall-virus,” qal il-kelliemi.

Għandek tieħu l-vaċċin MPX qabel tivvjaġġa barra l-Awstralja?

L-informazzjoni mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa turi li 98 fil-mija tal-każijiet tal-MPX huma rġiel li jkollhom sess ma’ rġiel oħra.

U l-vaċċin preżenti tas-smallpox CAM-2000 mhux effettiv kontra l-MPX. Mhux irrakomandat ukoll għal nies b’sistemi ta’ immunità dgħajfa u HIV.

L-Awstralja kisbet provvista ta’ vaċċin aktar protettiv magħruf bħala JYNNEOS. Gruppi vulnerabbli jistgħu jieħdu l-vaċċin minn din il-ġimgħa.

Il-Grupp ta’ Konsulenza Teknika fl-Awstralja dwar it-Tilqim (Australian Technical Advisory Group on Immunisation) qal li l-vaċċin JYNNEOS jista’ jkun amministrat f’żewġ dożi b’injezzjoni taħt il-ġilda b’ta’ lanqas 28 ġurnata bejn tilqima u oħra.

ATAGI qalu li l-vaċċin huwa bla periklu biex jintuża għal dawk b’sistema immunitarja dgħajfa kaġun ta’ kundizzjonijiet mediċi, u fuq tfal jew waqt tqala wara li jsir assessjar tal-periklu.

ATAGI bħalissa jirrakomandaw JYNNEOS lil:

1. Dawk meqjusa mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika bħala ta’ riskju għoli b’kuntatt mal-monkeypox fl-aħħar 14-il ġurnata

2. Irġiel gay, bisesswali u rġiel oħra li jkollhom sess ma’ rġiel

3. Ħaddiema fl-industrija tas-sess, partikularment dawk li l-klijenti tagħhom ikklassifkati f’kategoriji ta’ riskju għoli

4. Dawk kollha fil-kategoriji ta’ riskju msemmija hawn fuq li qegħdin jippjanaw li jivvjaġġaw lejn pajjiż li qed jesperjenzaw imxija sinifikanti tal-virus, bit-tilqima rrakomandata minn 4 sa 6 ġimgħat qabel it-tluq tagħhom.

5. Provvedituri tat-tilqim li qegħdin jamministraw il-vaċċin tal-CAM2000 smallpox.

L-SBS huwa impenjet li jipprovdi l-aġġornamenti kollha tal-COVID-19 lill-komunitajiet multikulturali u multilingwali. Evita sitwazzjonijiet ta’ periklu u żomm ruħek infurmat/a billi żżur

Share
Published 16 August 2022 8:40am
Updated 16 August 2022 8:43am
By Yumi Oba
Source: SBS


Share this with family and friends