Bħalissa hemm regoli biex dawk li joqogħdu fi Geater Sydney, inklużi l-Blue Mountains u l-inħawi tal-gvern lokali ta’ Wollongong biex kulħadd jibqa’ ġewwa, imma waqt li r-rati tat-tilqim qegħdin jiżdiedu, xi restrizzjonijiet qegħdin jibdew jitnaqqsu.
NSW Health identifikaw 12-il erja tal-gvern (LGAs) li huma ta’ tħassib għal Sydney, minħabba l-imxija tal-COVID-19 Delta. Mit-13 ta’ Settembru 2021:
Għal dawk li joqogħdu barra l- li huma mlaqqma kompletament, permessi li jinġabru barra sa ħamsa min-nies (dawn ma jinkludux it-tfal) f’LGA ta’ persuna jew f’sa ħames kilometri bogħod mid-dar.
Għal dawk li joqogħdu ġewwa l-, membri fi djar b’persuni adulti li jkunu mlaqqma kompletament se jkunu jistgħu jinġabru barra għal rekreazzjoni – inklużi pikniks – skont ir-regoli eżistenti (għal siegħa biss, b’sa ħames kilometri bogħod mid-dar).
Dan flimkien mas-siegħa permessa għall-eżerċizzju. Għandu jkollok miegħek il-ħin kollu.

There are 12 Local Government Areas (LGAs) of concern in Greater Sydney including some suburbs in Penrith. Source: SBS
NSW Reġjonali
Xi partijiet ta’ NSW reġjonali li huma kkunsidrati bħala ta’ riskju baxx u li ma esperjensawx każi tal-COVID għal tal-anqas 14-il ġurnata ħarġu mil-lockdown fil-11 ta’ Settembru imma se jkomplu joperaw taħt xi restrizzjonijiet.
- Sa ħames viżitaturi permessi fid-dar (dawn ma jinkludux tfal ta’ 12-il sena jew iżgħar).
- Sa 20 persuna jistgħu jinġabru barra.
- Postijiet jinkludu dawk tal-ospitalità, ħwienet u gyms jistgħu joperaw skont ir-restrizzjonijiet.
Mappa ta’ Sydney Metropolitana

Map showing Metropolitan Sydney Source: NSW Government
Aktar restrizzjonijiet jitneħħew meta jintlaħqu s-70 u t-80 fil-mija tat-tilqim
Waqt li n-numru ta’ dawk imlaqqma jikber, aktar restrizzjonijiet jistgħu jitneħħew għal dawk li jkunu ħadu ż-żewġ dożi.
Il-gvern ta’ NSW jgħid li meta 70 fil-mija tal-popolazzjoni tkun ħadet kompletament it-tilqima, “diversi restrizzjonijiet tal-familja, tal-industrija, komunitarji u ekononiċi” jitneħħew għal dawk li jkunu ħadu ż-żewġ dożi.
"L-ordnijiet biex dawk adulti jibqgħu ġewwa jitneħħew wara li jkunu rċivew iż-żewġ dożi tat-tilqima tal-COVID-19 mit-Tnejn wara li NSW ikun qabeż is-70 fil-mija taż-żewġ tilqimiet”.
Dawk biss li jkunu mlaqqma kompletament u dawk b’eżenzjonijiet mediċi jkollhom aċċess għall-‘ħelsien’ permess skont ir- (Pjan tal-ftuħ mill-ġdid ta’ NSW).
Meta jkun hemm 80 fil-mija tal-popolazzjoni mlaqqma kompletament ikun hemm aktar tnaqqis fir-restrizzjonijiet fl-industrija, l-komunità u l-ekonomija. Id-dettalji dwar dan għadhom qegħdin jinħadmu.
Mappa ta’ Greater Sydney, Central Coast, Shellharbour, Blue Mountains, Wollongong

Greater Sydney, Central Coast, Shellharbour, Blue Mountains and Wollongong, showing where restrictions applied. Source: NSW Government