Diversi mediċini qegħdin ikunu żviluppati biex tkun ikkurata l-COVID-19.
Dawn jinkludu pilloli kontra l-infjammazzjoni u kontra l-virus. Waqt li medikazzjonijiet kontra l-infjammazzjoni jwaqqfu lis-sistema immunitarja milli tirreaġixxi għall-virus, pilloli kontra l-virus iwaqqfu lill-virus milli jirripproduċu fil-ġisem.
Kura antibody twaqqaf il-virus milli jinvadi ċ-ċelloli u jikkaġuna aktar ħsara.
X’tip ta’ medikazzjoni hemm għan-nies fl-Awstralja li jkollhom l-COVID-19?

Paxlovid Pfizer oral antiviral anticovid in tablets. Source: AAP
It- (Amministrazzjoni tal-Affarijiet Terapewtiċi) tassessja s-sigurtà u l-effett tat-trattamenti tal-COVID-19 qabel tapprovahom proviżjonalment għall-użu fil-pajjiż.
It-TGA approvat il-molnupiravir (Lagevrio) u n-nirmatrelvir + ritonavir (Paxlovid) u r-remdesivir (Veklury) bħala kura kontra l-virus.
Dawn it-trattamenti jidher li jwaqqfu l-virus tas-SARS-CoV-2 milli jirreplika u jikkaġuna mard sever.
Id-Deputat Kap Uffiċjal Mediku fl-Awstralja, Michael Kidd qal li mediċini li jittieħdu fil-ħalq, lagevrio u paxlovid huma disponibbli fuq l-Iskema tal-Benefiċċji Farmaċewtiċi (PBS).

Paxlovid, a Pfizer's coronavirus disease (COVID-19) pill. EPA/PFIZER INC. Source: PFIZER INC.
Dawk li għandhom 70 sena u aktar u li jittestjaw pożittiv għall-COVID-19 jista’ jkollhom aċċess għal dawn il-pilloli kontra l-virus fuq il-PBS.
Dawk li għandhom 50 sena u aktar u nies Aboriġini u Torres Strait Islander li għandhom 30 sena u aktar jista’ jkollhom aċċess għal dawn il-pilloli jekk ikollhom tal-anqas żewġ fatturi ta’ riskju. Dawk b’sistema ta’ kompromess immunitarja moderata għal severa li jkollhom 18-il sena u aktar jista’ jkollhom aċċess ukoll għal dawn il-pilloli. .
"Dak li jkun irid ikollu test pożittiv ta’ RT-PCR jew RAT biex it-tabib (GP) ikun jista’ jagħtih riċetta għal-lageviro jew paxlovid," qal il-Professur Kidd.
Dawn it-trattamenti jgħinu lin-nies milli jimirdu serjament bil-COVID-19 u jgħinuhom biex ma jkollhomx għalfejn imorru l-isptar. Dawn it-trattamenti jistgħu jsalvaw il-ħajjiet tan-nies.
Il-Professur Kidd jagħti parir li l-persuna jkollha bżonn tieħu l-kura f’ħamest ijiem mindu tibda tħoss is-sintomi.
Aktar ma dak li jkun jibda jieħu l-kura kmieni, aktar ikun aħjar
Il-fatturi ta’ riskju jinkludu:
- Dawk li ma jkollhomx it-tilqim jew it-tilqimiet kollha (doża waħda)
- Dawk f’residenzi ta’ kura tal-anzjani jew diżabilità
- Dawk li għandhom 75 sena u aktar
- Dawk li jkollhom kundizzjonijiet respiratorji (bħal ażżma moderata għal severa li tkun teħtieġ terapija tal-isterjodi jew mard li jfixkel milli tieħu n-nifs) jew kundizzjonijiet newroloġiċi (bħal puplesija jew dimenzja)
- Dawk b’dijabete tat-tip 1 u tat-tip 2 li jkunu jeħtieġu medikazzjonijiet
- Dawk b’mard tal-qalb
- Dawk bi ħxuna żejda b’indiċi tal-massa tal-ġisem ta’ aktar minn 30
- Dawk b’mard tal-kliewi, nies b’cirrhosis u dawk b’mard tal-fwied
Dawk b’sistema ta’ kompromess immunitarju li jkollhom 18-il sena u aktar jinkludu:
- Nies b’kanċer attiv (partikularment kanċer fil-glandola limfatika, lewkimja, multiple myeloma u myelodysplastic syndrome)
- Dawk li kellhom trapjanti riċenti ta’ organi jew mudullun tal-għadam
- Dawk bl-HIV AIDS
- Dawk li jkunu qegħdin jieħdu l-kimoterapija jew radjuterapija għal kanċer
- Dawk li jkunu qegħdin jieħdu medikazzjonijiet li jistgħu joħolqu problemi biex is-sistema immunitarja taħdem sewwa
- Nies bid-down syndrome
- Dawk b’diżabilitajiet intellettwali u fiżiċi severi li jkollhom bżonn kura residenzjali
- Dawk bis-cerebral palsy, thalassemia u haemoglobinopathies oħra, sickle disease u mard tal-qalb mit-twelid
Il-Professur Kidd qal li t-Tobba jridu jikkunsidraw l-mediċini kollha li persuna tkun qed tieħu qabel jagħtu dawn il-pilloli kontra l-virus, speċjament paxlovid.
"Paxlovid ma tistax tintuża jekk il-persuna tkun fuq xi medikazzjoni jew aktar minn medikazzjoni waħda. Ma tistax tintuża jekk il-persuna jkollha mard sever tal-kliewi jew tal-fwied, tkun tqila jew tredda u tkun sesswalment attiva, tal-età li jkollha t-tfal. Importanti li tuża kontraċezzjoni waqt li tkun qed tieħdu dawn il-kuri,” huwa qal.
Remdesivir hija disponibbli biss għal dawk li jkunu morda ħafna li jkunu jeħtieġu l-ossiġnu jew ħafna għajnuna biex jieħdu n-nifs.
Madankollu, studju riċenti b’fondi mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) ippubblikat fil- juri li r-remdesivir m’għandha l-ebda effetti sinifikanti fuq il-pazjenti bil-COVID-19 li diġà jkunu fuq ventilator.
It-TGA approvat proviżjonalment 500 mg (Xevudy) bħala infużjoni ġol-vini għal dawk li jkollhom 12-il sena u aktar u li jkollhom tal-anqas piż ta’ 40 kg. Ma jkunux jeħtieġu ossiġnu u jkunu f’riskju li jmorru l-isptar jew ta’ mewt.
It-TGA qegħda tirrevedi l-applikazzjoni mill-manifatturi tal-pilloli GlaxoSmithKline għal doża akbar tas- f’dawk issuspettati li jkunu infettati mill-Omicron BA.2
L-Amministrazzjoni tal-Ikel u d-Drogi fl-Istati Uniti, madankollu, irrevokat l-awtorizzazzjoni tal-isotrovimab fil-5 ta’ April.
Trattamenti oħra approvati proviżjonalment mit-TGA jinkludu casirivimab + imdevimab (Ronapreve), tocilizumab (Actemra), regdanvimab (Regkirona) u tixagevimab u cilgavimab (Evusheld).
It-TGA qalet li antibijotiċi u mediċini bħal ivermectin u hydroxychloroquine m’humiex effettivi kontra l-virus li jikkaġuna l-COVID-19 u m’humiex approvati għall-kura fl-Awstralja.
Jekk ikollok xi wħud minn dawn is-sintomi, ċempel is-servizzi ta’ emerġenza 000 mill-ewwel u għid lill-operator li jkun fuq it-telefown li int għandek il-COVID-19.
- nuqqas sever ta’ nifs jew diffikultà biex tieħu n-nifs
- uġigħ sever f’sidrek jew pressjoni
- deni ġdid jew li qed terġa’ tħoss
- kapaċità li tkun qed tkompli tonqos biex tikkonċentra u konfużjoni tiżdied
- diffikultà biex tqum
Jekk tesperjenza sintomi oħra wara li tirkupra mill-COVID-19, ikkuntattja lit-Tabib tiegħek jew provveditur ieħor tas-saħħa (sors: Healthdirect).
L-SBS huwa impenjat li jipprovdi l-aġġornamenti kollha tal-COVID-19 lill-komunitajiet multikulturali u multilingwali fl-Awstralja. Żomm ruħek aġġornat/a billi żżur regolarment .