L-Awstralja tinsab , bil-prodott gross domestiku fit-tliet xhur ta’ Ġunju jinżel għal sebgħa fil-mija, l-akbar tnaqqis skont ir-rekords.
It-tkabbir negattiv huwa tnaqqis ta’ 0.3 fil-mija fil-tliet xhur ta’ Marzu, bl-aħħar figuri jinkludu l-impatt sħiħ tal-għeluq tan-negozji, fl-ewwel mewġa tal-coronavirus fuq l-ekonomija.
“Ir-rekord tagħna bħala nazzjon ta’ 28 sena konsekuttivi ta’ tkabbir fl-ekonomija uffiċjalment intemm,” qal it-Teżorier Federali Josh Frydenberg.
“Il-figuri devastanti tallum jikkonfermaw dak li kulħadd jaf – li l-COVID-19 ikkaġunat straġi fuq l-ekonomija u l-ħajja tagħna, esperjenza li qatt ma rajna bħala qabel.”
X'inhuma l-figuri ewlenin?
Il-figura ewlenija hija t-tkabbir ġenerali tal-Prodott Gross Domestiku, li niżel f’territorju negattiv fl-ewwel kwart tal-perjodu, bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena.
It-tkabbir fit-tliet xhur ta’ Ġunju, b’sebgħa fil-mija fin-negattiv, huwa l-agħar mindu bdew jinżammu r-rekords, tliet darbiet agħar mill-akbar tnaqqis ta’ tnejn fil-mija fl-1974.
It-tnaqqis inħoloq primarjament minħabba n-nuqqas ta’ xiri ta’ affarijiet tad-dar; dan niżel għal 12.1 fil-mija.

Australian Treasurer Josh Frydenberg outlines international GDP growth in June. Source: AAP
Ta’ min jinnota li l-figuri ta’ kull tliet xhur ma jinkludux l-impatt tar-restrizzjonijiet tar-raba’ stadju, imponuti mill-gvern ta’ Victoria, f’Melbourne, li kkaġunaw lin-negozji kollha li huma meqjusa mhux essenzjali f’Melbourne li jgħalqu.
Kif sejra l-Awstralja mqabbla mal-bqija tad-dinja?
Minkejja l-figuri negattivi jiżdiedu, fil-fatt l-Awstralja sejra relattivament tajjeb imqabbla mal-bqija tad-dinja u b’mod speċjali mqabbla ma’ pajjiżi oħra żviluppati.
Fir-Renju Unit, fejn kollox kien magħluq fit-tliet xhur ta’ Ġunju, il-Prodott Gross Domestiku naqas b’20.4 fil-mija u dan wassal lill-pajjiż f’waħda mill-akbar riċessjonijiet ta’ kull ekonomija globali maġġura.
Il-Prodott Gross Domestiku naqas fi ftit aktar minn 9 fil-mija fl-Istati Uniti, waqt li l-Ġermanja u l-Kanada rrekordjaw ukoll tnaqqis simili.
Scott Haslem huwa l-uffiċjal ewlieni tal-investiment f’Crestone Wealth Management f’ Sydney.
Huwa qal lil SBS News li r-raġuni li l-ekonomija Awstraljana hija “l-għira tad-dinja” hija l-aktar minħabba li kienet f’pożizzjoni fiskali b’saħħitha fil-bidu tal-pandemija.
“Għaddew 30 sena mindu kellna l-aħħar riċessjoni, li ovvjament ifisser kellna esperjenza ta’ tkabbir ekonomiku tajjeb, għandna pożizzjoni fiskali tajba,” qal.
"Konna kapaċi nistumulaw l-ekonomija aktar minn pajjiżi oħra fid-dinja u malajr ħafna.”
“Dan kollu wassal għal esperjenza pożittiva waqt il-COVID-19 fl-Awstralja.”
Setgħet kienet evitata r-riċessjoni?
John Hawkins huwa assistent professur tal-politika, l-ekonomija u s-soċjetà fl-Università ta’ Canberra. Huwa qal li ma tantx seta’ jagħmel affarijiet oħra l-gvern biex tkun evitata din ir-riċessjoni.
“Bl-ebda mod ma setgħet tiġi evitata. Il-gvern ħabbar pakkett ta’ stimulu konsiderevoli u forsi seta’ għamel dan qabel, imma naħseb li kien inevitabbli, li dan ma kienx se jkun perjodu dgħajjef għalina,” qal.
"Seta’ kellna riżultat ftit aħjar għat-tliet xhur ta’ Marzu, kieku ma sarx dak l-għeluq kollu tan-negozji, imma mbagħad kien ikollna ħafna aktar nies li jimirdu u riżultat agħar fit-tliet xhur li jmiss ta’ Ġunju u Settembru,” żied jgħid.

International students line up outside Melbourne Town Hall for food vouchers. Source: Getty Images AsiaPac
X’itfisser ir-riċessjoni għalik?
Hawkins jgħid li riċessjoni ħafna drabi hija karatterizzata bħala “meta l-ġirien jitilfu x-xogħol tagħhom”. Dipressjoni huwa jgħid hija, meta inti wkoll titlef ix-xogħol tiegħek.
“Xi wħud jitilfu xi sigħat ta’ xogħol jew l-impjieg tagħhom, li jkun se jkollu effett fuq ħafna nies,” qal.
"Iż-żjieda fil-pagi tkun ftit ukoll, mingħajr kompetizzjoni biex jinstabu n-nies u ma jkunx hemm pressjoni għal żjieda fil-pagi għal ħafna żmien.”
Haslem jaqbel. “In-nies ikunu jafu aktar nies bla xoghol f’riċessjoni,” huwa qal.
“Huwa diffiċli li tkun taf kif inħossuhom in-nies ġeneralment, xi wħud ikunu bla xogħol u finanzjarjament taħt stress, oħrajn ma jinnotawx li jkunu f’riċessjoni.”
Kemm iddum riċessjoni?
Haslem jgħid li jistenna li ċ-ċirkustanzi uniċi ta’ din ir-riċessjoni (l-għeluq biex tkun evitata emerġenza ta’ saħħa pubblika), ifisser li ma ddumx daqs riċessjonijiet oħra.
“Din mhix riċessjoni finanzjarja bħal dik li esperjenzajna fl-1991 jew dik li d-dinja esperjenzat fl-2008 u l-2009, dan huwa l-għeluq ta’ attività u diġà qegħdin naraw xi sinjali ta’ titjib fl-infieq tal-konsumatur,” qal.
“Għalhekk hija riċessjoni kbira, ħafna akbar, minn dawk li esperjenzajna qabel, imma naħseb li se noħorġu minnha għall-aħħar ta’ din is-sena, aktar malajr minn riċessjonijiet oħra.”
Waqt li Hawkins qal kemm malajr xi setturi tal-ekonomija se jirkupraw kmieni – bħas-settur tat-turiżmu u l-università – dan jiddependi wkoll kif il-bqija tad-dinja tikkumbatti l-virus u kemm ikunu jistgħu jiftħu kmieni l-fruntieri.
In-nies fl-Awstralja għandhom joqogħdu tal-anqas 1.5 metri ‘l bogħod minn xulxin. Iċċekkja r-restrizzjonijiet fl-istat jew territorju fejn toqgħod dwar il-limitu ta' nies flimkien.
L-ittestjar għall-coronavirus issa jista’ jsir fl-Awstralaj kollha. Jekk tkun qed tesperjenza sintomi ta’ riħ jew influwenza, oqgħod id-dar u organizza biex taghmel test billi ċċempel lit-tabib tiegħek jew billi tikkuntattja l-Coronavirus Health Information Hotline fuq 1800 020 080.
It-tracing app COVIDSafe għall-coronavirus mill-gvern federali issa jista’ jitniżżel mill-app store tat-telefown tiegħek.
L-SBS huwa impenjat li jinforma lill-komunitajiet diversi fl-Awstralja dwar l-aħħar żviluppi tal-COVID-19. Aħbarijiet u informazzjoni jinkisbu f’63 lingwa f’