Konslu Ġenerali ġdid ta’ Malta f’Melbourne

Il-Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Canberra, ħabbret il-ħatra ta’ Dr Gioconda Schembri bħala l-Konslu Ġenerali ta’ Malta f’Melbourne, b’ġurisdizzjoni għall-istat ta’ Victoria, wara li Ms Chirelle Ellul Sciberras temmet il-ħatra tagħha fit-22 ta’ Settembru.

Dr Giaconda Schembri.jpg
Dr Schembri hija magħrufa sewwa fil-komunitajiet fl-Awstralja u ilha toqgħod fil-Victoria mill-2002. 

Qabel il-ħatra tagħha bħala Konslu Ġenerali, Dr Schembri kienet tokkupa l-kariga ta’ Administrative Assistant u Executive Officer fl-uffiċċju tal-Konsulat Ġenerali ta’ Malta f’Melbourne u kienet First Secretary u Deputy High Commissioner fil-Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Canberra bejn l-1998 u l-2001. 

Nawguraw lil Dr Giaconda Schembri kull suċċess fil-kariga ġdida tagħha.



Share

Published

Source: SBS


Share this with family and friends