Ġimgħa qabel il-Milied, mexxejja statali u tat-territorji, għaġġlu li jimponu restrizzjonijiet ġodda tal-ivvjaġġar fuq dawk li jivvjaġġaw min-naħat tan-Northern Beaches ta’ Sydney, fejn in-numru tal-każi tal-coronavirus qed ikompli jikber. L-imxija tal-virus wasslet għal 41 każ sas-Sibt, fejn is-sors tal-infezzjoni għadu mhux magħruf mill-awtoritajiet.
Il-Premier ta’ NSW
"Essenzjalment, se nerġgħu lura għar-restrizzjonijiet li kellna f’Marzu, għall-inħawi tal-gvern lokali biss tan-Northern Beaches," qalet.
Iż-żjieda ta’ każi li kienet xokk għal kulħadd wasslet għal regoli ġodda għan-nies ta’ Sydney u għar-residenti ta’ NSW li kienu qegħdin jittamaw li jivvjaġġaw lejn stati oħra għall-vaganzi. Din hija informazzjoni li għandek tkun taf.
Victoria
Kull min ikun qed jivvjaġġa lejn Victoria minn NSW min-nofsillejl tal-Ġimgħa jkollu japplika għal permess tal-ivvjaġġar, bir-residenti mill-Erja tal-Gvern Lokali tan-Northern Beaches ibbanjati milli jidħlu fl-istat
Se joħorġu permessi bl-użu bħal "sistema tad-dawl tat-traffiku": in-Northern Beaches se jkunu meqjusa ‘żoni ħomor’, Sydney huwa 'amber' u l-bqija ta’ NSW se jkun 'aħdar'.
Kull min ikun qed jivvjaġġa minn ‘żoni amber’ se jkun mistenni li jkun ittestjat hekk kif jasal u jiżola lilu nnifsu sakemm jasal ir-riżultat tat-test.
Is-Sibt, il-Ministru tas-Saħħa ta’ Victoria wissa li Sydney tista’ tkun iddikjarata ‘żona ħamra’ jekk l-imxija tikber lil hemm minn Northers Beaches.
"Hemm riskju sinifikanti li l-COVID-19 xtered fl-inħawi ta’ Sydney” qal il-Ministru.
"Jekk dan huwa l-każ – u nisħaq li jekk huwa hekk – ma jkollniex għażla oħra li niddikjaraw lil Sydney kollha żona ħamra."
Is-sistwazzjoni qed tkun segwita minn siegħa għall-oħra u r-restrizzjonijiet jistgħu jinbidlu f’kull ħin.
Nies li jinsabu diġà fil-Victoria li kienu fl-inħawi tan-Northern Beaches nhar jew wara l-11 ta’ Diċembru għandhom jiżolaw lilhom infushom u jkunu ttestjati.
Queensland
L-awtoritajiet tas-saħħa fi Queensland introduċew permessi tal-fruntiera għal kull min ikun ġej minn NSW mis-1am tal-20 ta’ Diċembru, waqt li l-Erja tal-Gvern Lokali tan-Northern Beaches kienet iddikjarata bħala post perikoluż għat-tixrid tal-virus (hot spot).
"Għal dawk in-nies li huma mis-Central Coast ta’ New South Wales jew minn Sydney, li ġejjin Queensland, hekk kif taslu, qegħdin nitolbukom biex tkunu ttestjati, u tagħmlu kwarantina sakemm tirċievu r-riżultati ta’ dawk it-testijiet," qalet il-Ministru tas-Saħħa, Yvette D'Ath.
Kull min bħalissa jinsab Queensland li żar l-inħawi tan-Northern Beaches wara l-11 ta’ Diċembru għandu jkun ittestjat u jagħmel kwarantina f’daru għal 14-il ġurnata, minn meta kienu l-aħħar darba f’dawk l-inħawi.
Dawk li jaslu fi Queensland il-Ġimgħa wara li jkunu żaru n-Northern Beaches wara l-11 ta’ Diċembru għandhom ikunu ttestjati u jagħmlu kwarantina fl-akkomodazzjoni tagħhom għal 14-il ġurnata.
Wara s-1am tas-19 ta’ Diċembru kull min kien fin-Northern Beaches jkollu jagħmel kwarantina f’lukanda bilfors bi spejjeż tiegħu
The Australian Capital Territory
In-nies ta’ Canberra kienu avżati biex ma jivvjaġġawx fl-inħawi tan-Northern Beaches.
L-awtoritajiet tas-saħħa jwissu li kull min żar dawn l-inħawi mill-11 ta’ Diċembru għandu jkun ittestjat u jiżola lilu nnifsu.
Western Australia
Western Australia qed terġa’ tintroduċi r-restrizzjonijit tal-fruntiera ma’ NSW minħabba l-imxija tal-virus fin-Northern Beaches, ħabbar il-Premier Mark McGowan.
Min-nofsillejl tas-Sibt, ir-rata ta’ “riskju baxx” tal-istat għal NSW żdiedet għal “riskju medju”, li jfisser li jkunu ntrodotti l-istess miżuri stretti li kien hemm aktar kmieni din is-sena.
L-uniċi nies minn NSW li se jkunu jistgħu jivvjaġġaw bl-ajru fl-istat wara l-20 ta’ Diċembru jkunu dawk b’eżenzjonijiet speċjali.
McGowan qal li din kienet “deciżjoni diffiċli” meta wieħed iqis iż-żmien tas-sena.
“Nifhem li din hija aħbar devastanti għal nies li kienu ħerqana li jiltaqgħu mal-familja għall-Milied fi NSW,” qal.
The Northern Territory
In-Northern Territory iddikjarat li l-Erja tal-Gvern Lokali tan-Northern Beaches bħala ta’ periklu tat-tixtrid tal-virus (hotspot). Kull min kien f’din l-erja li kien qed jittama li jivvjaġġa għan-Northern Territory għandu jagħmel 14-il ġurnata kwarantina ta’ bilfors, taħt superviżjoni f’Alice Springs jew Darwin.
Tasmania
L-awtoritajiet tas-saħħa identifikaw l-Erja tal-Gvern Lokali tan-Northern Beaches bħala reġjun ta’ riskju għoli, u jipprojbixxu kull vjaġġaturi li kienu hemm mill-11 ta’ Diċembru, milli jidħlu t-Tasmanja sakemm ma jkunux vjaġġaturi essenzjali.
It-Tasmanja se tiddikjara l-erja ta’ Greater Sydney ta’ "risku medju" min-nofsillejl tal-20 ta’ Diċembru. Kull minn jivvjaġġa fl-istat minn dawk l-inħawi jkollu jagħmel kwarantina ta’ 14-il ġurnata.
Kull min diġà jinsab fit-Tasmanja li kien f’dik l-erja minn dik id-data huwa mitlub li jiżola lilu nnifsu immedjatament u jkun ittestjat.
Il-gvern tat-Tasmanja mistenni li jiddiskuti dawn ir-restrizzjonijiet ġodda mal-organizzaturi tat-tiġrija tal-jottijiet minn Sydney għal Hobart.
South Australia
In-nies ta’ South Australia li żaru l-Erja tal-Gvern Lokali tan-Northern Beaches, Lavender Bay jew Penrith mill-11 ta’ Diċembru għandhom jagħmlu kwarantina immedjatament għal 14-il ġurnata u jkunu ttestjati.
Kull min żar Avalon Bowling Club fit-13 ta’ Diċembru mill-5pm - 7pm u l-15 ta’ Diċembru mit-3pm-5pm, jew Avalon Beach RSL Club nhar il-11 ta’ Diċembru, ma jistgħux jidħlu f’South Australia. Jekk diġà jinsabu fl-istat, għandhom jagħmlu kwarantina f’lukanda.
Vjaġġaturi minn stati oħra għandhom japplikaw ukoll biex jidħlu f’South Australia, biex jiżguraw li kull min riċentament kien fin-Northern Beaches ikun identifikat.