Il-ħeffa li biha l-vaċċini kontra l-coronavirus kienu żviluppati, issorprendiet lid-dinja.
Ir-Renju Unit u l-Istati Uniti qablu f’emerġenza ta’ approvazzjoni għall-vaċċin Pfizer/BioNTech - – b’dawk il-komunitajiet vulnerabbli diġà qegħdin jirċievu tilqima.
U bil-każi tal-COVID-19 fl-Awstralja diġà qegħdin jerġgħu jiżdiedu, ħafna huma mħawda meta se jibda t-tilqim fl-Awstralja.
Il-gvern fedeali assigura lill-pubbliku li l-vaċċin se jasal u beda jipprepara pjan komprensiv għat-tqassim tal-vaċċin fl-ewwel xhur tal-2021, imma xejn m’huma ċert. S’issa nafu dan:
Għaliex s’issa l-Awstralja għandha ma approvatx vaċċin?
L-epidemoloġista, il-Professur Adrian Esterman mill-Università ta’ South Australia qal li t-tweġiba hija sempliċi: m’hemmx għaġġla.
Huwa qal li huwa importanti li niftakru li l-vaċċin Pfizer/BioNTech fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti ngħata biss, “approvazzjoni ta’ emerġenza”, li jfisser li t-tielet stadju tal-provi għadu ma spiċċax għalissa, imma t-talba hija kbira ħafna biex wieħed jistenna.

Allergic reactions to the Pfizer/BioNtech vaccine are said to be incredibly rare. Source: Photonews
“Mhux is-soltu li jingħata dan l-użu ta’ emerġenza imma billi pajjiżi bħar-Renju Unit u l-Istati Uniti jinsabu f’sitwazzjonijiet koroh u diffiċli, ma setgħux jistennew iżżejjed… u dan wieħed jifhmu,” qal.
Meta se jibda t-tilqim fl-Awstralja?
“L-awtorità regulatorja tagħna [l-Amministrazzjoni tal-Affarijiet Terapewtiċi] tippreferi li tistenna biex tara r-riżultati kollha tal-provi, teżaminahom sewwa, tapprovahom u mbagħad inkunu nistgħu nibdew bit-tilqim, qal il-Professur Esterman, waqt li kien qed jitkellem, qabel l-aħħar imxija tal-każi f’Sydney.
Huwa jistenna li t-tilqim bil-vaċċin Pfizer/BioNTech jibda “madwar Marzu” 2021.
Min se jingħata l-vaċċin l-ewwel?
L-aġent uffiċjal mediku ewlieni fl-Awstralja Paul Kelly ikkonferma li kull vaċċin jibda jingħata skont il-gruppi ta’ prijorità, b’dawk anzjani u dawk bi problemi ta’ saħħa kkomplikata jingħataw l-ewwel prijorità.
Huwa qal li dawk b’riskju għoli li jkunu nfettati mill-virus, bħal ħaddiema tas-saħħa u tal-kura tal-anzjani, ikunu t-tieni fuq il-lista. Warajhom ikun hemm dawk li jaħdmu f’servizzi ta’ emerġenza u ħaddiema essenzjali.
F’liema tipi ta’ vaċċini l-Awstralja nvestat fihom?
Wara d-deċiżjoni tal-abbandun tal-ittestjar fuq il-vaċċin mill-Università ta’ Queensland, il-gvern Awstraljan issa għandu tliet għażliet. X’aktarx li kollha jkollhom bżonn ta’ żewġ dożi għal kull persuna u għandu bżonn dożi għal popolazzjoni ta’ 25 miljun persuna u aktar.
AstraZeneca

Source: SBS News
“Dan il-vaċċin huwa dak li nsejħu organiżmu virali. Juża l-virus ta’ ċimpanżi, li ma jagħmlilx ħsara, biex jinfettana u mbagħad dan jagħtina l-vaċċin,” qal il-Professur Esterman.
Il-kumpanija tal-bijoteknoloġija Awstraljana CSL hija inpenjata li tipproduċi 50 miljun doża ta’ dan il-vaċċin f’Melbourne. Diġà bdiet il-proċess ta’ produzzjoni imma trid tistenna għal AstraZeneca biex tingħata approvazzjoni regulatorja qabel jibda jitqassam.
Novavax

Source: SBS News
Huwa dak li l-Professur Esterman qal li jissejjaħ “vaċċin tal-proteina”: metodu li kien ippruvat u ttestjat li jistenna li jkun approvat f’xi żmien fis-sena l-ġdida.
“Bdew it-tielet fażi tal-provi f’Settembru,” qal.
“Għalhekk għal darba oħra, x’aktarx dan ma jkunx disponibbli sa tal-anqas Mejju jew Ġunju tas-sena l-ġdida.”
Pfizer/BioNTech

Source: SBS News
Imma anke jekk dan il-vaċċin ikun approvat bħala effettiv l-ewwel, bil-ħtieġa ta’ żewġ dożi, ħames miljun persuna biss fl-Awstralja jkollhom aċċess għal dan il-vaċċin.
Il-viċi president tal-Assoċjazzjoni Medika Awstraljana, Dr Chris Moy qal li l-istrateġija tal-gvern federali li jiżgura ftehim għal aktar minn vaċċin wieħed kienet vitali.
"Onestament, il-kwistjoni kienet li bħala nazzjon nippruvaw niżguraw li jkollna aċċess għal vaċċin li naħsbu li l-aktar se jkollu suċċess," qal. "Ma kienx possibbli li niddependu fuq vaċċin wieħed.”
Imma l-Laburisti qalu, li jkollok ftehim dwar tliet vaċċini potenzjali biss mhux biżżejjed u li l-prattika internazzjonali hija li jkollok ħamsa jew sitta.
Mhux diffiċli biex il-vaċċin Pfizer ikun storjat?
Iva. Irid ikun storjat f’madwar 70 grad celcius il-ħin kollu. Għalhekk dan jagħmilha daqsxejn aktar diffiċli biex ikun storjat dan il-vaċċin.
“Irid ikun storjat f’kontejners speċjali. Simili tal-eskies, imma li jkunu kapaċi jżommu najtroġin likwidu li jżommu kiesaħ estrem,” qal il-Professur Esterman.
Mistoqsi dwar jekk jaħsibx li l-Awstralja tistax tilqa’ għal din l-isfida loġistika żejda, huwa qal: “iva tista’ ssir.”

The Pfizer/BioNTech vaccine must be kept at very cold temperatures. Source: Getty
“Pfizer se jkunu qegħdin jibagħtu l-vaċċin madwar l-Awstralja f’dawn l-eskies speċjali. Anke jekk huwa aktar diffiċli minħabba l-bżonn tal-ġarr f’din it-temperatura, għandu jkun immaniġġjat mingħajr problemi fl-Awstralja.”
“Il-vaċċin mRNA bħal Pfizer/BioNTech ukoll ma jistax ikun ipproduċut hawnhekk fl-Awstralja, għaliex jinvolvi tip ġdid ta’ teknoloġija.
“Hemm ukoll diskussjonijiet dwar li niżviluppaw aħna stess l-kapaċità tal-manifattura għall-vaċċin mRNA u naħseb li din tkun idea tajba għal pandemiji fil-futur,” qal il-Professur Esterman.
X’ġara bil-vaċċin UQ/CSL?
F’daqqa ta’ ħarta fl-attentat tal-Awstralja biex tiżviluppa vaċċin, wara li l-parteċipanti kollha li kienu qegħdin jieħdu sehem fil-prova u ngħataw id-doża kellhom riżultati pożittivi foloz tal-HIV.
“Ma kienx hemm riskju ta’ kawża ta’ infezzjoni mill-HIV,” qal il-Professur Robert Booy, espert tal-mard infettuż mill-Università ta’ Sydney.
“Dak li attwalment kien qed jintuża kien ftit proteina, xejn m’għandu x’jaqsam mal-virus infettuż attwalment.”
Imma x-xjentisti kienu mħassba anke jekk il-vaċċin kien kompletament mingħajr periklu. Riżultati pożittivi foloz għal HIV kienu ta’ tħassib li jistgħu jfixklu l-programm tal-ittestjar tal-HIV fl-Awstralja, kif ukoll id-donazzjonijiet tad-demm u l-perċezzjoni u l-fiduċja tal-pubbliku.
Kif jaħsbuha n-nies fl-Awstralja dwar it-talqima tal-vaċċin?
Għal kull kampanja ta’ vaċċin biex tkun ta’ suċċess, il-maġġoranza tan-nies għandhom ikunu nfurmati sewwa u konvinti.
It-Tabib Abhishek Verma f’Melbourne, qal li wara li għadda l-biċċa l-kbira tas-sena jispjega lill-pazjenti tiegħu t-tħassib tagħhom dwar COVID-19 issa qed jgħin lill-pazjenti jifhmu n-nuqqas ta’ għarfien dwar il-vaċċin potenzjali.
"Kellna ħafna mistoqsijiet dwar it-tilqim; huwa ta’ periklu? Se jkun bilfors? Jista’ jkun potenzjalment perikoluż?" qal.
Jista’ jkun hemm il-biża’ f’ħafna pazjenti u s-sigurtà tista’ tkun kompromessa waqt it-tiġrija għall-vaċċin.
“Dak li qed nagħmlu huwa li jkollna djalogu miftuħ mal-pazjenti u nindirizzaw it-tħassib tagħhom,” qal.
“Nippruvaw nieħdu l-opportunitajiet billi nużaw l-informazzjoni li nirċievu mid-Dipartiment tas-Saħħa kif ukoll provi klinikali, u nippruvaw nużaw prattika bbażata skont il-provi biex nippromwovu dak li nemmnu huwa bla periklu u tilqim effettiv.”
F’Novembru, stħarriġ mill-Università Nazzjonali Awstraljana ta’ 3,061 persuna Awstraljana adulta sab li 58.5 fil-mija qalu li definittivament jieħdu l-vaċċin. Sitta fil-mija qalu li definittavament li ma jiħduhx.
Il-komunitajiet kollha fl-Awstralja se jkunu nvoluti fl-introduzzjoni tal-vaċċin?
Dr Verma qal li għal ċerti gruppi ta’ migranti ġodda, in-nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-lingwa u n-nuqqas ta’ għażliet ta’ kura tas-saħħa kulturalment xierqa, ifisser li ħafna drabi jibqgħu maqtugħa mill-konverżazzjoni.
"Tradizzjonalment dejjem baqgħu xi ftit żvantaġġati u diffiċli biex ikunu nvoluti fi prattika ġenerali u kura primarja,” qal Dr Verma. “Għalhekk naħseb dawk in-nies ikollhom diffikultà ta’ komunikazzjoni speċifika għaliex aktar huma vulnerabbli li jkunu miżinformati jekk ma jkunux qegħdin jirċievu l-informazzjoni minn sorsi tajba.”
Dipartimenti tal-gvern statali u federali kienu kkritikati waqt il-pandemija għall-iżbalji li għamlu biex jikkomunikaw mal-komunitajiet fl-Awstralja kulturalment u lingwistikamant diversi. Minn informazzjoni li kienet maqluba ħażin f’lingwi diversi, għal nuqqas ta’ konsultazzjoni ma’ rappreżentanti kulturali, kien ifisser li xi wħud daru għal sorsi mhux uffiċjali għal informazzjoni dwar il-virus.
Adel Salman, kelliemi għall-Kunsill Iżlamiku fil-Victoria qal “hemm ħafna miżinformazzjoni [dwar il-vaċċin] online” u li tikkumbatti l-informazzjoni ħażina dwar il-vaċċin, mhix biss sfida għall-komunitajiet ta’ minorità fl-Awstralja, imma għall-popolazzoni kollha.
"Naħseb li huwa importanti ħafna li l-messaġġ it-tajjeb ikun trasmess b’mod effettiv għaliex ikun hemm ħafna min jipprova jbeżża’, tixtrid ta’ teorija ta’ skemi mhux veri,” qal. “Għandna niżguraw li l-messaġġ ikun dirett fost dan kollu u li jkollna sorsi ta’ min joqgħod fuqhom li jagħtu dak il-messaġġ b’mod xieraq.”
Qed jitlob lill-gvern federali biex jibda kampanja ta’ informazzjoni qabel jibda t-tilqim tal-vaċċin.
Kelliemi għall-Ministru tas-Saħħa Greg Hunt qal lil SBS News li l-gvern "se jkompli jikkonsulta u jitlob pariri u rakomandazzjonijiet minn organizzazzjonijiet ewlenin multikulturali u dawk involuti fil-komunità dwar ir-rispons tal-COVID-19 li jinkludi l-iżvilupp u l-għarfien fl-istrategija tal-implimentazzjoni u l-komunikazzjoni tal-vaċċin”.
Il-gvern waqqaf ukoll il-Grupp ta’ Konsulenza tas-Saħħa tal-COVID-19 minn Komunitajiet Kulturalment u Lingwistikament Diversi, li ltaqa’ għall-ewwel darba dan ix-xahar.
X’kumplikazzjonijiet jistgħu jqumu?
Il-Professur Paul Griffin, espert tal-mard infettuż fl-Università ta’ Queensland, qal li l-introduzzjoni tal-vaċċin fl-Awstralja tista’ tkun ikkumplikata.
"Naħseb li l-loġistika, kif ukoll l-inċertazza dwar il-vaċċin, huma ż-żewġ kwistjonijiet ewlenin li se jkollna niffiaċċaw biex nimxu ’l quddiem. M’iniex ċert jekk għamilniex biżżejjed biex nindirazzaw dawn,” qal.
"Il-loġistika se tkun ikkomplikata b’mod inkredibbli. Bażikament, qatt m’għamilna ħaġa bħal din qabel.”
“Għandna sistema xierqa kif inwasslu t-tilqima tal-influwenza, imma dan jinvolvi ħafna metodi differenti biex inwasslu l-vaċċin lin-nies u xorta ma niksbux ir-rati li nixtiequ naraw bil-vaċċin tal-COVID”, qal.
“Ukoll iż-żamma tar-rekords u l-kapaċità għan-nies li jipprovdu prova li rċivew vaċċin [huwa importanti]. Il-vaċċin li se nibdew bih ikun jeħtieġ tal-anqas żewġ dożi, jekk in-nies ma jiġux lura għat-tieni doża, inkunu qegħdin innaqqsu b’mod sinifikanti l-effett tal-livell ta’ protezzjoni.”
Il-vaċċin jaħdem?
Dr Moy qal li hemm ukoll il-bżonn għal aktar ċarezza dwar l-għanijiet tal-programm tat-tilqim fi żmien qasir kontra dak għal żmien fit-tul.
"Huma effettivi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ waqfien ta’ mard imma bħalissa m’aħniex ċerti kemm humiex tajbin biex fil-fatt iwaqqfuk milli tieħu l-virus jew anke tgħaddih lill-ħaddieħor. Għalhekk, jistgħu jkunu tajbin f’ħaġa waħda imma mhux tajbin fl-oħra,” qal.
“Mhux biss qegħdin nippruvaw li nipproteġu lill-individwu imma qegħdin nippruvaw inwaqqfu l-imxija fil-komunità ukoll. Kollox ma’ kollox m’hemmx favur u kontra għal dawn il-vaċċini kollha u hemm xi affarijiet li għadhom ma ġewx identifkati, bħal kemm iservu.”
Meta nkunu nafu aktar dwar il-vaċċin?
Il-Professur Kelly qal li d-dettalji kollha dwar it-tilqim fl-Awstralja jsiru magħrufa lill-pubbliku f’Jannar.
In-nies fl-Awstralja għandhom joqogħdu tal-anqas 1.5 metri bogħod minn xulxin. Iċċekkja r-restrizzjonijiet tal-ġuriżdizzjoni tiegħek dwar il-limiti ta’ nies miġbura flimkien. Jekk tkun qed tesperjenza sintomi bħal riħ jew influwenza, oqgħod id-dar u organizza biex tagħmel test billi ċċempel it-tabib tiegħek jew ikkuntattja l-Coronavirus Health Information Hotline fuq 1800 020 080.
Jekk jogħġbok iċċekkja l-linji gwida tal-istat jew territorju fejn toqgħod: , , , , , , , .