Ir-restrizzjonijiet tal-coronavirus ħolqu diffikultajiet biex ikun iċċelebrat il-bidu tas-sena 2021.
Bin-numru ta’ każi jikber fi NSW, l-awtoritajiet qegħdin iħeġġu lir-residenti
Din l-informazzjoni hija dwar dak li tista’ tagħmel u x’ma tixtax tagħmel f’lejliet l-ewwel tas-sena, skont ir-regoli tad-distanza soċjali fl-Awstralja.
Northern Beaches
L-aktar restrizzjonijiet stretti tal-coronavirus japplikaw għall-inħawi tan-Northern Beaches ta’ Sydney, l-.
Dawk li jgħixu fiż-żona tat-tramuntana tan-Northern Beaches jibqgħu taħt ordni stretta li ma joħorġux mid-dar, sa tal-anqas id-9 ta’ Jannar. Madankollu r-residenti huma eżentati f’Lejliet l-Ewwel tas-Sena meta huma permessi li jkollhom f’darhom sa’ ħames persuni, inklużi tfal, mill-istess reġjun.
Dawk miż-żona tan-nofsinhar tan-Northern Beaches huma permessi li jkollhom f’darhom sa’ ħames persuni, inklużi tfal, mill-istess żona wkoll, imma m’humiex permessi li jkollhom mistiedna minn Sydney u l-inħawi ta’ madwar.
Bars, restoranti u postijiet fiż-żewġ żoni tan-Northern Beaches jibqgħu miftuħa biss għal ikel takeaway.
Greater Sydney
Il-Premier tal-istat Gladys Berejiklian ħabbret restrizzjonijiet eħfef għal-Lejliet l-ewwel tas-sena f’konferenza stampa nhar l-Erbgha wara li .
Min-nofs il-lejl tal-lejla, ġemgħat ta’ nies fi djar f’Sydney u l-inħawi ta’ madwar se jkunu limitati għal massimu ta’ ħames mistednin.
“Id-djar kollha f’Sydney u l-inħawi ta’ madwar, li jinkludu Wollongong, is-Central Coast u n-Nepean u l-Blue Mountains, kif ukoll iż-żona tan-nofsinhar tan-Northern Beaches, issa se jkunu limitati għal ħames persuni biss kull dar nhar Lejliet l-Ewwel tas-Sena,” qalet Ms Berejiklian.
Ġemgħat ta’ nies miġbura barra għanhom limitu ta’ 30 persuna, minflok 50.
Il-bidliet se jibqgħu sakemm “jingħata avviż ieħor”.
Victoria
Wara li sofrew l-itwal għeluq (lockdown) fl-Awstralja din is-sena, in-nies fil-Victoria se jkollhom Lejliet l-Ewwel tas-Sena aktar irrilaksjat wara 60 ġurnata wara l-oħra mingħajr l-ebda każ trasmess lokalment.
Ġemgħat ta’ nies miġbura fi djar jista’ jilħaq sa 30 persuna. Barra jistgħu jinġabru sa 100 persuna.
Bars, restoranti u postijiet oħra bħal nightclubs huma miftuħa, imma b’numru limitat ta’ klijenti.
Il-wirja tan-nar ta’ kull sena fuq ix-Xmara River kienet ikkanċellata u l-gvern statali ħeġġeġ lin-nies biex joqogħdu ‘l bogħod miċ-ċentru tal-Belt ta’ Melbourne b’dawk li bbukkjaw post x’imkien huma permessi fis-city. 

آتشبازی شب سال نو بر فراز دریای یارا در ملبورن Source: AAP
Queensland
Fi Queensland, stat ieħor li ilu ma jkollu każi rrappurtati tal-coronavirus, jistgħu jinġabru sa 50 mistieden fi djar, inklużi l-okkupanti tad-dar.
Ġemgħat barra b’sa 100 persuna huma permessi wkoll.
South Australia
F’South Australia, in-numru ta’ nies li jinġabru f’dar jista’ jilħaq 50 persuna, sakemm ma jkunx hemm aktar minn persuna waħda kull żewġ metri kwadri.
Sa 200 persuna jistgħu jinġabru f’post għal funzjoni privata, jekk jimxu skont l-istess regola ta’ żewġ metri kwadri.
Western Australia
F’Western Australia m’hemmx massimu fuq in-numru ta’ nies permessi li jinġabru flimkien, sakemm ma jkunx hemm aktar minn persuna waħda għal kull żewġ metri kwadri.
Tasmania
It-Tasmanja għandha l-istess regola ta’ żewġ metri kwadri, imma b’limitu li jilħaq 250 persuna għal spazju mhux maqsum f’post fil-magħluq.
1,000 persuna huma permessi li jinġabru fi spazji jew postijiet barra.
Northern Territory and ACT
M’hemmx limitu għan-numru ta’ nies li jistgħu jinġabru ġewwa jew barra fin-Northern Territory, imma għadu rrakomandat li n-nies iżommu distanza ta’ 1.5 metri bogħod minn xulxin.
L-ACT m’għandux xi restrizzjonijiet fuq in-numru ta’ viżitaturi li jista’ jkollhom f’darhom. Ġemgħat ta’ nies miġbura barra fil-kapitali Canberra huma limitati għal massimu ta’ 500 persuna, fejn ir-regola ta’ żewġ metri kwadwi tkun tista’ tiġi osservata.
In-nies fl-Awstralja għandhom joqogħdu tal-anqas 1.5 metri bogħod minn xulxin. Iċċekkja r-restrizzjonijiet tal-ġuriżdizzjoni fejn toqgħod dwar il-limiti ta’ nies miġbura flimkien. Jekk ikollok sintomi ta’ riħ jew influwenza, oqgħod id-dar u organizza biex tagħmel test billi ċċempel it-tabib tiegħek jew ikkuntattja l-Coronavirus Health Information Hotline fuq 1800 020 080.
Jekk jogħġbok iċċekkja l-linji gwida relevanti tal-istat jew territorju fejn toqgħod: , , , , , , ,