Punti Ewlenin
- L-AEC tipprovdi għodda biex tgħinek issib l-elettorat tiegħek fejn tivvota u ċentru tal-votazzjoni
- Hemm diversi għażliet biex tivvota qabel u nhar l-elezzjoni
- Hemm informazzjoni dwar il-votazzjoni f’diversi lingwi
- L-AEC tipprovdi servizz ta’ interpretu biex jgħinek tivvota
Fl-Awstralja għandna korp indipendenti li jimmaniġġja s-sistema elettorali. Il-Kummissjoni Elettorali Awstraljana (Australian Electoral Commission) (AEC) tiżgura li ċ-ċittadini eliġibbli kollha jkollhom iċ-ċans fl-għażla tal-gvern federali Awstraljan.
Identifika l-elettorat tiegħek
Hemm 151 taqsima tal-elettorat federali fl-Awstralja. L-AEC tipprovdi għodda onlajn biex tgħinek tidentifika l-elettorat li tgħix fih int. Iċċekkja .
Tista’ ċċempel ukoll 13 23 26 jew tuża t- (servizz ta’ interpretar bit-telefown).

Voting Centre Source: AEC
Sib il-post tal-votazzjoni tiegħek
L-AEC tmexxi eluf ta’ fi skejjel, ċentri komunitarji, knejjes, u postijiet oħra dakinhar tal-elezzjoni.
“Tista’ tniżżel is-subborg fejn toqgħod u l-kodiċi tal-posta, u l-għodda tagħna tgħinek issib min huma l-kadidati tiegħek u fejn tista’ tivvota.”
"L-aħjar mod li tivvota huwa li tmur fil-post tal-votazzjoni fil-lokal tiegħek dakinhar tal-elezzjoni. L-elezzjonijiet isiru fil-jum tas-Sibt."
Timijiet li jmorru fuq il-post apposta jżuru votanti f’kura residenzjali, komunitajiet remoti, sptarijiet, u ħabsijiet.
Votazzjoni bil-lingwa tiegħek
Int permess/a li jkollok lil xi ħadd jakkumpanjak jekk ikollok bżonn l-għajnuna. Hemm ukoll biex jgħinek tivvota bil-lingwa tiegħek.
Modi oħra biex tivvota
Ċentri ta’ votazzjoni jiftħu kmieni fil-ġimgħat qabel il-ġurnata tal-elezzjoni.
“Din is-sena se jkun hemm diversi għażliet, minħabba ċ-ċirkustanzi tal-COVID,” tgħid Ms Lilley. “Noffru l-għażla tal-vot postali għal dawk li ma jħossuhomx komdi li jmorru f’post tal-votazzjoni, jew dawk li jgħixu jew jaħdmu f’post remot u jkollhom bżonn s-servizzi tal-votazzjoni bil-posta.”
Dawk li jkunu f’iżolazzjoni minħabba l-COVID jista’ jkollhom aċċess għas-sistema tal-votazzjoni bit-telefowm tal-AEC.
Ikun hemm servizzi tal-AEC fil-ġimgħat wara li titħabbar l-elezzjoni. 

Remote Polling Source: AEC
Votazzjoni meta tkun fi stat ieħor jew barra l-Awstralja
Jekk tippjana li tkun fi stat ieħor tista’ tuża vot postali jew żżur ċentru tal-votazzjoni fl-istat li tkun.
Tista’ tivvota wkoll jekk tkun barra l-Awstralja. (Formuli ta’ notifikazzjoni meta tkun barra l-Awstralja) jinkisbu minn fuq il-websajt tal-AEC, flimkien ma’ għażliet skont iċ-ċirkustanzi individwali tiegħek. Xi Kummissjonijiet Għolja fl-Awstralja jipprovdu ċentri ta’ votazzjoni.
Tqassim ta’ informazzjoni
Partiti politiċi u kandidati indipendenti ħafna drabi jqassmu informazzjoni dwar il-votazzjoni barra l-postijiet tal-votazzjoni. Tħallihomx ifixkluk, jgħid l-analista elettorali William Bowe.
"Partiti jqassmu kards dwar ‘kif tivvota’ f’postijiet tal-votazzjoni dakinhar tal-votazzjoni li fuqhom jirrakomandawlek kif timla l-karta tal-vot tiegħek. M’għandekx għalfejn tivvota kif jgħidulek. Din tkun sempiliċiment rakomandazzjoni."
Image
Meta tivvota
Inti tirċievi karta tal-votazzjoni ħadra u oħra bajda.
Il-karta tal-votazzjoni ħadra
Il-karta tal-votazzjoni ħadra hija biex tivvota għal kandidat/a wieħed/waħda fl-elettorat tiegħek għall-Kamra tar-Rappreżentanti (Il-Kamra ta’ Isfel tal-parlament). Bħalissa hemm 151 siġġu fil-Kamra tar-Rappreżentanti, li jirrappreżentaw kull elettorat.
“Waqt li f’elezzjoni n-nies issoltu jaħsbu fl-għażla tal-mexxej nazzjonali, il-mexxej nazzjonali [Prim Ministru] ikun il-mexxej tal-partit li jirbaħ l-aktar numru ta’ siġġijiet fil-parlament, għalhekk inti ma tkunx qed tivvota għal dak il-mexxej direttament,” jgħid Mr Bowe.
"Il-partit li jirbaħ l-aktar siġġijiet fil-Kamra ta’ Isfel jifforma gvern."
Biex tivvota fuq il-karta tal-votazzjoni ħadra inti tikteb in-numru ‘1’ maġenb il-kandidat/a preferut/a tiegħek, imbagħad ‘2’ maġenb it-tieni għażla tiegħek u tibqa’ sejjer hekk sakemm il-kaxxi kollha jkunu nnumerati.
Il-karta tal-votazzjoni bajda
Il-karta tal-votazzjoni bajda hija biex ikun elett kandidat għal wieħed mis-76 siġġu fis-Senat (Il-Kamra ta’ Fuq). Inti tivvota biex ikun elett senatur mill-istat jew territorju fejn toqgħod.
Il-votazzjoni għas-Senat hija xi ftit differenti, jispjega Mr Bowe. Il-karti kbar tal-votazzjoni jistgħu jidhru intimidanti billi jinkludu l-kandidati kollha tal-istat fejn toqgħod.
“Imma l-votazzjoni tista’ tkun faċli ħafna. Hemm żewġ modi kif tista’ tivvota. Hemm kaxxi ‘il fuq mil-linja u kaxxi ‘l isfel mil-linja. ‘Il fuq mil-linja hemm kaxxa għal kull partit. L-aktar mod ta’ malajr u faċli biex tivvota huwa li tagħżel l-aktar sitt partiti favoriti tiegħek u tinnumerahom fl-ordni tal-preferenza tiegħek minn wieħed sa sitta. Jekk tkun trid kandidat/a partikulari li trid tivvota għalih/għaliha tista’ tagħmel numru f’ħafna kaxxi taħt il-linja. Jekk tivvota għal kandidat/a taħt il-linja trid tagħmel numru f’ta’ lanqas 12-il kaxxa.”
"Meta tinnumera l-kaxxi fl-ordni preferuta tiegħek il-vot tiegħek jintiret minn kandidat/a għall-ieħor fl-għadd tal-voti. Din hija magħrufa bħala ‘votazzjoni preferenzjali’".
“Jekk il-persuna li tagħtiha l-ewwel preferenza tiegħek tkun eliminata, imbagħad il-vot tiegħek imur għat-tieni kandidat/a preferut/a tiegħek u jibqa’ sejjer hekk sakemm imur għand kandidat,” jgħid Evan Ekin-Smyth, Kelliemi għall-AEC.

While queuing at your polling centre you might see a fundraising stall selling sausages in bread. This is fondly known as the ‘democracy sausage Source: AAP Image/James Ross
Voti informali
Oqgħod attent/a biex issegwi sewwa l-istruzzjonijiet tal-votazzjoni. Jekk il-karta tal-votazzjoni tiegħek ma tkunx mimlija sewwa, il-vot tiegħek ikun ‘vot informali’ u ma jkunx jgħodd għar-riżultat tal-elezzjoni.
X’jiġri jekk ma tivvutax?
Il-votazzjoni hija ta’ bilfors. Raġunijiet validi għaliex ma tivvutax jitqiesu skont id-diskrezzjoni tal-AEC li tassessja ċ-cirkustanzi speċifiċi tiegħek. L-AEC tifhem li xi wħud min-nies li jkunu barra l-Awstralja jista’ jkollhom problema biex jivvutaw, pereżempju.
“Jekk xi ħadd li jkun fuq ir-reġistru elettorali u ma jivvutax, jista’ jkun notifikat b’avviż li ma vvutax”, jispjega Mr Ekin-Smyth. “Jekk ikollok raġuni valida, ma jimpurtax. Għidilna. Inkella, tħallas multa ta’ $20. Jekk ma nirċievu l-ebda risposta, tista’ tispiċċa l-qorti u tħallas $170 flimkien mal-ispejjeż tal-qorti.”
Madankollu l-multa vera hija li tkun tlift iċ-cans li tivvota fit-tmexxija tal-pajjiż, għalhekk dejjem agħmel ftit riċerka u mur ivvota, infurmat f’dak li qed tagħmel.
Reġistru ta’ diżinformazzjoni mill-AEC
L-AEC hija indipendenti u imparzjali, u l-proċess tal-elezzjoni huwa wieħed robust ħafna. L-AEC nidiet id- (Reġistru ta’ Diżinformazzjoni) biex tindirizza informazjzoni qarrieqa dwar il-proċess elettorali Awstraljan.