Kif tieħu l-vaċċin tal-COVID-19 fl-Awstralja?

It-tilqim tal-Covid-19 fl-Awstralja miexi ‘l quddiem. Aqra dan l-artiku biex tkun taf aktar, meta u fejn tkun tista’ tibbukkja biex tieħu t-tilqima.

Vaccines

Source: Vaccines - GettyImage

 fl –Awstralja tidentifika l-prijorità tal-populazzjonijiet u l-postijiet mal-pajjiż kollu fejn il-vaċċini jkunu amministrati. Ħaddiema fil-kura tas-saħħa li jinsabu fuq quddiem iħabbtu wiċċhom mal-virus, ħaddiema tal-kwarantina u ħaddiema tal-fruntieri, kif ukoll residenti u ħaddiema fil-qasam tal-kura tal-anzjani u dawk b’diżabilità huwa minn tal-ewwel fl-istrateġija tal-introduzzjoni tat-tilqima.  

Biex tkun taf jekk tistax tieħu t-tilqima tal-COVID-19 u fejn tibbukkja appuntament żur  

Segwi l-passi fuq din il-websajt biex tiċċekkja l-eliġibilità tiegħek għal vaċċin:

Jekk għadek m’intix eliġibbli, u għandek 18-il sena jew aktar, tista’ titlob biex tkun avżat/a meta tkun eliġibbli.

Dawk taħt is-16-il sena għadhom m’humiex eliġibbli għat-tilqim fl-Awstralja.

Tista’ tibbukkja wkoll appuntament mat-Tabib tiegħek u informazzjoni dwar il-vaċċin bil-lingwa tiegħek:

Liema huma t-tilqimiet irrakomandati?

Il-Grupp ta’ Konsulenza Teknika fl-Awstralja dwar it-Tilqim (ATAGI) javża li l-vaċċin (Comirnaty) huwa ta’ prijorità għal dawk taħt is-60 sena.

Il-vaċċin tal- huwa ta’ prijorità għal dawk li għandhom 60 sena jew aktar. Madankollu, jekk għandek bejn 18 u 59 sena tista’ tagħżel li tirċievu l-vaċċin tal-AstraZeneca wara li tikkonsulta mat-tabib tiegħek u tipprovdi kunsens għal dan.

Il-vaċċin   huwa approvat proviżjonalment għal dawk li għandhom 18-il sena jew aktar u mistennija tibda tingħata t-tilqima tiegħu minn Settembru ’il quddiem.
It-tilqima tiegħek tkun storjata f’rekord pubbliku

Il-gvern għandu jistorja xi informazzjoni dwar l-individwi li jkunu mlaqqma biex iżomm rekord ta’ min ikun tlaqqam. Din hi l-obbligazzjoni tal-provvedituri tal-Programm tat-Tilqim fl-Awstralja li jżommu rekord ta’ kull pazjent li jkun ħa t-tilqima tal-Covid-19.

L-informazzjoni dwar l-istat tat-tilqima tal-individwu mistennija li tkun disponibbli permezz ta’ My Health Record, Medicare (Immunisation History Statement), jew ċertifikat ipprintjat meta tkun ħadt il-vaċċin, segwit minn rekord permezz ta’ kopja elettronika bl-email.

Il-vaċċini kollha tal-Covid-19 huma b’xejn

Il-vaċċini huma b’xejn għaċ-ċittadini Awstraljani kollha, residenti permanenti u dawk kollha li għandhom viża. Kull minn hu fl-Awstralja fuq viża ta’ student, biex jaħdem, minħabba s-sengħa jew xogħol tiegħu, fuq viża tal-familja, sieħeb/sieħba, refuġjat, dawk li jfittxu l-kenn, protezzjoni temporanja u viża umanitarja, reġjonali, bridging jew viża speċjali huwa eliġibbli għall-vaċċin b’xejn tal-Covid 19.

Individwi f’faċilitajiet ta’ detenzjoni huma eliġibbli wkoll, inklużi dawk li l-viża tagħhom kienet ikkanċellata.  


Informazzjoni dwar il-Coronavirus mill-SBS bil-lingwa tiegħek: 

Informazzjoni mill-Gvern dwar il-Coronavirus





Share
Published 19 February 2021 9:52pm
Updated 12 August 2021 5:50pm
By SBS/ALC Content
Source: SBS


Share this with family and friends