Ir-residenti ta’ Sydney u l-inħawi ta’ madwar għandhom jilbsu maskra f’xi postijiet pubbliċi fil-magħluq

Residenti f’Sydney u l-inħawi ta’ madwar (inklużi Wollongong, Central Coast u l-Blue Mountains) issa huma meħtieġa li jilbsu l-maskri f’xi postijiet fil-magħluq: supermarkets, shopping centres, ċinemas, teatri, transport pubbliku, postijiet ta’ sbuħija u parrukkiera, postijiet ta’ qima u talb u postijiet tal-gaming.

Father helps daughter with mask -  Getty Images - Morsa

Source: Getty Images - Morsa

Mit-Tnejn, 4 ta’ Jannar, jekk ma tilbisx maskra tista’ teħel multa ta’ $200. Waqt li t-tfal taħt it-12-il sena m’humiex obbligati li jilbsu maskra, fejn huwa possibbli, l-awtoritajiet ta’ NSW qegħdin jinkoraġġixxu lil kulħadd biex jilbes maskra.

Il-ħaddiema kollha fl-ospitalità u fil-casinos huma meħtieġa wkoll li jilbsu maskra.

Postijiet ta’ qima, tiġijiet u funerali huma limitati għal 100 persuna u hija mposta r-regola ta’ persuna għal kull erba’ metri kwadri. Night clubs kienu magħluqa kompletament. Klassijiet tal-gym tnaqqsu għal 30 persuna minn 50.

Wirjiet u spettalki ta’ barra u protesti tnaqqsu għal massimu ta’ 500 persuna, u ġemgħat ta’ nies barra fil-magħluq, bilqiegħda, bil-biljetti, jippermettu 2000 persuna.

Jekk jogħġbok iċċekkja l-aħħar linji gwida għall-istat jew territorju fejn toqgħod:



 In-nies fl-Awstralja għandhom joqogħdu tal-anqas 1.5 metri bogħod minn xulxin. Iċċekkja r-restrizzjonijiet tal-ġuriżdizzjoni fejn toqgħod dwar il-limiti ta’ nies miġbura flimkien. Jekk qed ikollok sintomi ta’ riħ jew influwenza, oqgħod id-dar u organizza biex tagħmel test billi ċċempel it-tabib tiegħek jew ikkuntattja l-Coronavirus Health Information Hotline fuq 1800 020 080.

Aħbarijiet u informazzjoni jinkisbtu f’63 lingwa f’ 


Share
Published 4 January 2021 10:48am
By SBS Radio
Source: SBS


Share this with family and friends