Ħames affarijiet li tista’ tagħmel issa biex ittejjeb is-saħħa u l-qagħda tajba tiegħek

Hemm numru ta’ benefiċċji meta wieħed iżomm saħħtu u l-qagħda tajba tiegħu, u ħafna drabi meta wieħed ma jagħmilx dan jista’ jkollu impatt fuq is-saħħa fiżika u mentali tiegħu.

Cette histoire fait partie de l'initiative Mind Your Health de SBS.

Cette histoire fait partie de l'initiative Mind Your Health de SBS. Source: iStockphoto / DisobeyArt/Getty Images/iStockphoto

L-attività fiżika u li żżomm dieta bbilanċjata huma żewġ affarijiet li tista’ tagħmel kuljum biex iżżomm saħħtek tajba, tgħid il-Professur tal-Attività fiżika u s-Saħħa Anne Tiedeman.

Affarijiet oħra jinkludu l-limitu tax-xorb alkoħoliku, it-tnaqqis fit-tipjip u li żżomm ruħek ikkonnettjat soċjalment.

1. Attività Fiżika

Il-Professur Tiedeman tgħid li hemm aktar minn prova waħda li meta tkun fiżikament attiv mhux biss tajjeb għas-saħħa fiżika, mentali u soċjali, imma tevita mard li jitfaċċa hekk kif nibdew nidħlu fl-età.

Dak li persuna tagħmel illum jew din il-ġimgħa jista’ jkun ta’ benefiċċju aktar ma jgħaddi ż-zmien, tispjega l-esperta mill-Univesità ta’ Sydney.
Dwar kemm persuna tagħmel attività fiżika, il-Professur Tiedeman tirreferi għal-, li tipprovdi rakomandazzjonijiet skont l-età u jekk persuna għandhiex mard kroniku jew diżabilità.

“Il-messaġġ ewlieni f’dak li għandu x’jaqsam mal-attività fiżika huwa li huwa tajjeb għal kulħadd, irrespettivament l-età jew il-livell ta’ diżabilità tiegħek.

“U anke jekk ma tissodisfax l-ammont ta’ attività fiżika li huwa rrakomandat fil-linji gwida, nafu wkoll minn riċerka ċara li kull ammont ta’ eżerċizzju jew attività fiżika tkun ta’ benefiċċju u li jekk tagħmel ftit aktar milli qed tagħmel bħalissa jkun ta’ benefiċċju għalik”

Hija tispjega li l-attività fiżika tista’ tkun f’diversi forom u m’hemmx għalfejn ikun sport strutturat jew eżerċizzju fi grupp.

“Jista’ jkun il-ħin ħieles tiegħek meta tmur għal mixja, jew jista’ jkun xogħol domestiku. Għalhekk meta tagħmel attivitajiet madwar id-dar, xogħol fil-ġnien, kollha huma affarijiet tajbin għas-saħħa."

2. Żomm dieta bbilanċjata

Il-Professur Tiedeman tgħid li huwa importanti li żżomm dieta bbilanċjata biex tnaqqas il-fatturi ta’ riskju ta’ mard fit-tul u tnaqqas il-periklu tal-ħxuna żejda.

Nutrizzjoni tajba fid-dieta tiegħek hija tajba għall-ġisem, biex iżżomm l-għadam b’saħħtu u biex tħossok mimli enerġija.

“Dawn l-affarijiet kollha huma verament importanti, li jkollok dieta bbilanċjata, ma tiekolx ikel żejjed li jkun ipproċessat u ma tieħux ħafna zokkor, li hija kwistjoni kbira, fis-soċjetà bħalissa.”

Il-jipprovdu informazzjoni dwar it-tipi u l-ammonti ta’ ikel, gruppi tal-ikel u l-varjetà u l-kwantità tal-ikel li nieklu.

Tinkoraġġixxi lin-nies fl-Awstralja biex jesperjenzaw varjetà ta’ ikel nutrittiv mill-ħames gruppi ta’ ikel, waqt li tillimita ikel li jkun fih xaħam saturat, żjieda fil-melħ, żjieda fiz-zokkor u alkoħol.

3. Illimita l-alkoħol li tixrob u aqta’ s-sigaretti

“Nafu li dawn huma verament fatturi importanti ta’ riskju fil-ħajja għal ħafna mard,” tgħid il-Professur Tiedeman, dwar il-bżonn li nillimitaw ix-xorb alkoħoliku u li naqtgħu t-tipjip.

Il-konsum alkoħoliku jikkontribwixxi għal 3 miljun mewt kull sena mad-dinja kollha, kif ukoll jikkontribwixxi għal diżabilitajiet u mard ta’ miljuni ta’ nies, skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

Informazzjoni mill-Istitut Awstraljan tas-Saħħa u l-Welfare (AIHW) turi li kien hemm 1,452 mewt kaġun tal-alkoħol rreġistrata fl-2020, il-maġġoranza (73 fil-mija) kienu rġiel.

Il-li kienu riveduti fl-2020, jippreżentaw l-linji gwida għall-konsum biex jitnaqqas il-periklu tas-saħħa mix-xorb alkoħoliku.

Ma’ dan, il-Kunsill tal-Kanċer jirrakomanda inkluż li tinkorpora ġranet li fihom ma tixrobx alkoħol u li tuża l-ilma biex taqta’ l-għatx.

4. Importanti li persuna żżomm ruħha kkonnettjata

Il-Professur Tiedeman tgħid li s-solitidni hija “problema kbira” fis-soċjetà, u dan jista’ jiġri anke meta persuna tkun imdawra b’oħrajn, billi ħafna drabi jkun hemm “nuqqas ta’ konnessjoni”.

“L-importanti huwa li tħossok ikkonnettjat ma’ dawk madwarek u li tħossok ikkonnettjat mas-soċjetà li ngħixu fiha.

“Huwa li tħossok li tfisser xi ħaġa għal nies oħrajn, u li turi wkoll li jimpurtak dwar nies oħrajn. Din il-konnessjoni umana kollha hija importanti ħafna.”

Hija tgħid li l-konnessjoni tista’ tinkiseb b’diversi modi, inkluż il-volontarjat u li tkun attiv fil-komunit à.

“[Il-volontarjat] jista’ jkun mod li jippromwovi konnessjoni soċjali ma’ nies oħrajn billi tkun parti minn grupp u li flimkien ikollhom speċi ta’ skop u interess li jagħmlu xi ħaġa; għalhekk ħafna nies isibu l-isport adattat għal dan l-għan.

“Għandek l-isport ibbażat bħala tim; kulħadd għandu l-istess mira u riżultat u għalhekk kulħadd ikun maqgħud flimkien b’dan il-mod.”

Madankollu, hija tispjega li xi wħud jieħdu pjaċir ikunu waħidhom.

“Anke jekk [dawn l-individwi] jkunu waħidhom, xorta jkollhom konnessjoni permezz ta’ affarijiet oħra.”

Beyond Blue billi tuża teknoloġiji diversi inklużi Skype, Zoom, FaceTime u apps bħal House Party li jippermettu lin-nies li jitkellmu permezz tal-vidjo.

L-organizzazzjoni tirrakomanda wkoll l-organizzazzjoni ta’ laqgħat soċjali regulari inklużi laqgħat bħal klabb tal-kotba, trivia night, ikliet fil-familji, parties taż-żfin jew sempliċement laqgħat ma’ ħbieb biex titkellem.

5. Iċċekkja miegħek innifsek dwar kif tħossok u ma’ dawk li huma importanti f’ħajtek

Il-lockdowns waqt il-pandemija tal-COVID-19 huma eżempju ċar għaliex hemm bżonn li tieħu ħsieb tiegħek innifsek u ta’ dawk li huma importanti għalik, tgħid il-Professur Tiedeman.

“Naħseb li dan huwa importanti ħafna. Naf per eżempju li ninkwieta dwar il-ġenituri li huma aktar anzjani li jkunu f’lockdwon jew li nkun ċerta li jkollhom dak li għandhom bżonn.

“Imma ħafna drabi ma nkunux nafu li nkunu għaddejjin minn ħafna stress u ansjetà. Għalhekk li tiċċekkja lilek innifsek, u tiżgura li qed tagħmel l-affarijiet li huma tajbin għal saħħtek u dak li huwa tajjeb għalik huwa importanti ħafna.”

Il-li persuna għandha tiċċekkja kull ġimgħa biex tkun taf li tinsab f’kundizzjoni tajba mentalment, inkluż kif tħossha, il-ġisem, l-irqad u l-ħsibijiet.

Dawk li jkunu jridu għajnuna jistgħu jikkuntattjaw Lifeline 24 siegħa kuljum fuq 13 11 14, Suicide Call Back Service fuq 1300 659 467 u Kids Helpline fuq 1800 55 1800 (għal dawk żgħażagħ bejn il-5 snin u 25 sena). Aktar informazzjoni tinkiseb f’ u

tappoġġja lil dawk minn sfond kulturali u lingwistiku divers.

Share
Published 1 October 2022 8:47pm
Source: SBS


Share this with family and friends