Dawk b’imġieba pożittiva jistgħu jkunu ta’ eżempju tajjeb biex jieqaf iċ-ċiklu ta’ vjolenza

L-imġieba taż-żgħażagħ ħafna drabi tkun iffurmata bl-imġieba tal-kbar u dawk li jieħdu ħsiebhom. Meta nwaqqfu mġieba b’nuqqas ta’ rispett u nedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ permezz ta’ mġiebu pożittiva, inkunu qegħdin ngħinu biex jintemm iċ-ciklu ta’ vjolenza.

Side view of young mother embracing young boy in studio

It’s never too young or never too late to talk to your children about respect Credit: Cavan Images/Getty Images

PUNTI EWLENIN
  • Il-kampanja “Stop it at the Start” għandha l-għan li tkisser iċ-ċiklu ta’ vjolenza billi tinkoraġġixxi lil dawk adulti li jkollhom influwenzi pożittivi fuq iż-żgħażagħ
  • Għandna nieqfu bl-iskużi u nedukaw lit-tfal dwar imġieba ta’ rispett
  • Hemm riżorsi biex jgħinuk f’konverżazzjonijiet pożittivi
Kemm-il darba smajt li l-imġieba ħażina tat-tfal subien hija ttollerata sempliċement għax huma subien u mistennija jaġixxu b’dak il-mod meta l-imġieba turi nuqqas ta’ rispett jew tkun aggressiva lejn it-tfal bniet jew in-nisa.

Għalkemm din l-attitudni tista’ tidher li ma tagħmel l-ebda ħsara, bla ma nkunu nafu, inkunu qegħdin ninnormalizzaw l-aggressjoni bħala xi ħaġa li jirtu t-tfal subien jew xi ħaġa li hija pprovokata mit-tfal bniet jgħidu esperti dwar dan is-suġġett.

Mhux il-forom kollha tan-nuqqas ta’ rispett iwasslu għall-vjolenza, imma nafu li l-vjolenza tibda bin-nuqqas ta’ rispett. Nistgħu nwaqqfu dan iċ-ċiklu billi nwaqqfuh mill-bidu.

X’inhi l-kampanja “Stop it at the Start”?

Il-kampanja hija inizjattiva tal-Kunsill tal-Gvernijiet Awstraljani, bl-għan li jitkisser iċ-ċiklu tal-vjolenza kollha bejn is-sessi.

Il-kampanja bdiet fl-2016 wara li saret magħrufa statistika xokkanti dwar il-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal.

Skont id- mill-Bureau Awstraljan tal-Istatisika,
  • Waħda minn kull tliet nisa kienu vittma ta’ vjolenza fiżika jew sesswali, sa mill-età ta’ 15-il sena, minn xi ħadd li kienu jafu.
  • Kważi mara minn kull erbgħa kienu abbużati emozzjonalment minn sieħeb sa mill-età ta’ 15-il sena.
Nafu li medja ta’ mara kuljum tinqatel mis-sieħeb kurrenti tagħha jew li kellha qabel kull 10 ijiem
L-Assistent Ministru tas-Servizzi Soċjali u l-Prevenzjoni tal-Vjolenza fil-Familja, Justine Elliot
“L-uniku mod li naraw tnaqqis fil-vjolenza hija li nikkonċentraw sewwa fuq skala nazzjonali billi nindirizzaw l-inugwaljanza bejn is-sessi u forom oħra ta’ diskriminazzjoni u żvantaġġi,” qalet lil SBS Justine Elliot, l-Assistent Ministru għas-Servizzi Soċjali u l-Prevenzjoni tal-Vjolenza fil-Familja.

Meta ngħarfu li l-imġieba taż-żgħażagħ hija influwenzata u ffurmata mill-adulti, dawk li jieħdu ħsiebhom u l-influwenzi ta’ madwarhom, il-kampanja hija mmirata għall-ġenituri u l-membri tal-familja ta’ tfal bejn l-età ta’ 10 snin u 17-il sena, biex tirrifletti fuq l-attitudnijiet tagħhom u li jkunu ta’ influwenza pożittiva.

Agħraf iċ-ċiklu tal-vjolenza

“Il-vjolenza ma tibdiex sempliċement, il-vjolenza tikber,” tgħid Dr Rosina McAlpine, esperta fit-trobbija tat-tfal u l-awtriċi ta’ Inspired Children.

Hija esperjenzat iċ-ċicklu tal-vjolenza hija stess billi kibret f’dar fejn il-vjolenza għaddiet min-nannu tagħha għal missierha.

“Missierna kien minn ġenerazzjoni fejn kienu jemmnu li d-dixxiplina u l-kastig kienu mod biex trabbi sewwa t-tfal.”
Tifla tibki wara ġlieda m'oħtha -
Past generations believed that discipline and corporal punishment was the way to raise good kids. Credit: FluxFactory/Getty Images
Il-kastig kien jinkludi daqqiet biċ-ċinturin u b’affarijiet oħra jew “daqqiet qawwija bl-idejn.”

Hija tiftakar li kienet tmur l-iskola liebsa l-qalziet u t-tights fis-sajf biex tgħatti d-daqqiet tas-swat.

“Imma f’dawk iż-żminijiet ħadd ma kien jgħid xejn, u għalina kienet xi ħaġa normali fil-komunità tagħna.

“Tista’ titgħallem ħafna affarijiet li ma jiffunzjonawx sewwa, li ħafna nies jagħmlu f’dak l-ambjent. Bħala tfal nitgħallmu dwar x’inhi l-ħajja fil-familja, dak li huwa aċċettabbli u dak li mhux aċċettabbli u dak li huwa tajjeb u dak li huwa ħażin..”

Dak li jagħmel diffiċli biex jitkisser ċiklu bħal ta’ missier Dr McAlpine, u ħafna oħrajn li jikkaġunaw vjolenza huwa li jemmnu li qegħdin jagħmlu xi ħaġa sewwa biex irabbu t-tfal sewwa.

Għalhekk, dak iċ-ċiklu jista’ jkompli, għaliex ma jkunux jafu mod ieħor, tispjega Dr McAlpine.
Meta kont żgħira, kont inkwetata li nkun bħal missieri. Għaddejt ħafna snin infittex u naqsam ma’ oħrajn ideat differenti ta’ sapport bħala ġenituri. Jien waqqaft iċ-ċiklu ta’ vjolenza fil-familja tiegħi.
Dr Rosina McAlpine, esperta fit-trobbija tat-tfal u awtriċi ta’ 'Inspired Children'.

Ieqaf mill-iskużi

Li tagħmel skużi għal imġieba ta’ nuqqas ta’ rispett jew agressjoni lejn il-bniet, tista’ tifforma l-ideat taż-żagħżagħ dwar dak li huwa aċċettabbli.

L- fuq il-websajt tal-kampanja juri kif il-lingwa tista’ tagħti l-idea tat-tifsira moħbija.

Għalhekk, il-frażi li tidher bla ebda ħażen, “boys will be boys” tista’ tkun interpretata mill-bniet, “sempliċi affarijiet li jagħmlu s-subien – għandi nidra dawn l-affarijiet” jew interpretata mis-subien li “aħna magħmulin hekk, kollox sewwa”.
Omm u binha fid-dar
Parents and carers have the responsibility to educate children about respect Credit: MoMo Productions/Getty Images

Żomm konverżazzjoni attiva, miftuħa u kontinwa

Parti mill-kampanja hija li “ninkoraġġixxu konverżazzjoni attiva, miftuħa u kontinwa dwar relazzjonijiet ta’ rispett u ugwaljanza bejn is-sessi,” tgħid Ms Elliot.

“Huwa importanti li nibdew dak id-djalogu."

Diskussjonijiet dwar imġieba ta’ nuqqas ta’ rispett u aggressjoni mat-tfal qatt mhuma faċli. Imma ġenituri u dawk li jieħdu ħsieb it-tfal għandhom ikunu lesti biex jitkellmu, u jitkellmu ta’ sikwit.
Qatt mhu kmieni u qatt mhu tard biex titkellem mat-tfal tiegħek
Dr Rosina McAlpine
Parti mir-riżorsi pprovduti mill-kampanja hija
Bħala għalliema, ġenituri f’kull stadju, huwa importanti li ma jsirux skużi, minflok nieqfu u nedukaw, [u] li jkun hemm dawk id-diskussjonijiet dwar x’inhi imġieba ta’ rispett.
Dr Rosina McAlpine
Għalhekk jekk membri tal-familja jkunu qegħdin jiġġieldu, minflok inwarrbu ħafif is-sitwazzjoni billi nużaw “skużi”, ieqaf u staqsiehom, “dik l-imġieba kienet tajba?”, “dak li għamilt kien tajjeb?”, “kif tħossok kieku kont int?” tissuġġerixxi Dr McAlpine.

Hemm ukoll il-li tippermetti lill-ġenituri u membri tal-familja biex jidentifikaw u jifhmu l-fehma ta’ tifel jew tifla, dwar x’inhu rispett, u tagħtik lok biex tibda konverżazzjoni.

L-indirizz tal-kwistjoni b’mod sensittiv kulturalment

Ir-rata tal-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal ħafna drabi hija akbar f’ċerti komunitajiet Kulturalment u Lingwistikament Diversi (CALD), kif ukoll fi gruppi Aboriġini u Torres Strait Islander, tgħid Ms Elliot.

Il-mexxejja tal-komunitajiet CALD għandhom sehem importanti x’jagħmlu, billi jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet b’mod sensittiv kulturalment.

Maria Dimopoulos hija l-Kap tal-Bord Safe and Equal, korp ewlieni li jispeċjalizza fis-servizzi tal-vjolenza domestika fil-Victoria.

Hija tgħid li meta nindirizzaw il-prevenzjoni primarja tal-vjolenza domestika kontra n-nisa u t-tfal f’dawn il-komunitajiet, għandna nagħmlu dan b’mod li “ngħarfu s-sehem tal-kultura, ir-rwol tal-issetiljar u l-modi importanti li bihom il-multikulturaliżmu jista’ jkollu effett fuq dawk l-esperjenzi.”
Minflok li nħarsu lejn il-kultura jew fidi tagħna bħala problema, kif nistgħu nużaw dawk l-affarijiet biex nibnu rabta b’saħħitha u li tagħmel sens fil-komunitajiet tagħna?
Maria Dimopoulos, Kap ta' Safe and Equal
Il-kampanja Stop it at the Start tinkludi riżorsi b’diversi lingwi, u tinstab fuq il-

Il-kampanja qed taħdem

Il-kampanja Stop it at the Start daħlet fir-raba’ fażi din is-sena u l-evalwazzjoni li saret s’issa, sabet li 68 fil-mija tan-nies kollha baqgħu jiftakru xi element mill-pubbliċità tal-kampanja.

"82 fil-mija tan-nies li raw il-kampanja fehmu u aċċettaw ir-rwol tagħhom li juru liż-żgħażagħ kif jaġixxu b’mod rispettuż,” tgħid Ms Elliot.

Għalhekk, ejja nedukaw lit-tfal tagħna dwar imġieba ta’ rispett. Meta ngħarfu ċ-ċiklu ta’ vjolenza, inkunu nistgħu nwaqqfuha mill-bidu u nkunu ta’ eżempju tajjeb għaż-żgħażagħ.

Sapport u Servizzi

1800RESPECT 1800 737 732 jew

Lifeline 13 11 14 jew

Għal servizzi ta’ sapport fl-istat u t-territorju fejn toqgħod, ikklikkja

Jekk inti jew xi ħadd li taf ikun/tkun milqut/a minn fastidju sesswali jew attakk, ċcempel 1800RESPECT fuq 1800 737 732 jew żur
 
F’emerġenza, ċempel 000.


Share
Published 29 August 2022 8:30pm
By Yumi Oba
Source: SBS


Share this with family and friends