- Il-kmandant tal-COVID fil-Victoria Jeroen Weimar qal li dawk li jridu li jużaw servizz tat-tilqim fid-dar għandhom jikkuntattjaw lit-tabib tagħhom jew lit-tim tas-saħħa pubblika lokali l-ewwel.
- Maskri se jitneħħew mill-użu ġewwa millum fil-biċċa l-kbira tal-kosta tal-lvant, waqt li l-użu tal-maskri bilfors kien estiż f’Western Australia.
- Hemm talbiet biex multi tal-COVID jinħafru għal dawk vulnerabbli li jinsabu fid-dejn u li ma jistgħux iħallsu.
- Fi New South Wales, millum, m’hemmx bżonn l-ilbies tal-maskri fil-biċċa l-kbira tal-postijiet ġewwa fi NSW, imma jibqgħu meħtieġa fuq it-trasport pubbliku, u fl-isptarijiet u f’faċilitajiet tal-kura tal-anzjani.
- Il-maskri jibqgħu wkoll meħtieġa għal żjajjar fil-ħabsijiet u f’festivals ta’ mużika ġewwa b’aktar minn 1,000 persuna.
- Il-Ministru tas-Saħħa fil-Victoria Martin Foley jgħid li l-gvern qed jikkonċentra biex jagħmel it-tilqim kemm jista’ jkun aċċessibbli għal kulħadd. Huwa jgħid li l-programm tat-tilqim fid-dar se jkun estiż u jkun hemm postijiet li jitwaqqfu għat-tilqim f’postijiet ta’ reliġjon, klabbijiet tal-isports u skejjel.
- Fil-Victoria l-ilbies tal-maskri jibqa’ bilfors għal studenti ta’ year 3 jew gradi għolja fi skejjel primarji u għal ħaddiema f’ċentri tat-tagħlim kmieni tat-tfal u skejjel primarji.
- Foley jgħid li dan qed isir minħabba li tfal fl-iskejjel primarji għadhom ma ħadux iż-żewġ dożi tal-vaċċin.
- F’South Australia, iż-żfin u l-kant se jkun permess f’funzjonijiet privati u numru akbar ta’ nies jistgħu jattendu għal sports, bilqiegħda barra. Ix-xorb bilwieqfa se jkun permess f’postijiet b’50 fil-mija tal-kapaċità tagħhom minn tmiem il-ġimgħa.
- Il-gvern ta’ Hong Kong daħħal setgħat ta’ emerġenza biex jippermetti tobba u nersis miċ-Ċina biex jaħdmu fit-territorju biex jgħinu fl-imxija tal-coronavirus li qed tikber.
Statistika dwar il-COVID-19 fl-Awstralja
Fi New South Wales kienu rrappurtati 1,144 pazjent fl-isptar b’64 minnhom fil-kura intensiva. Kien hemm 6 imwiet u 7,583 każ ġdid tal-COVID-19.
Fil-Victoria, 301 persuna jinsabu l-isptar bi 38 fil-ICU u 4 fuq ventilators. Kien hemm 11-il mewt u 6,580 infezzjoni ġdida.
Fi Queensland, kien hemm 5,440 każ ġdid tal-COVID-19 u sebat imwiet. 350 persuna jinsabu l-isptar bil-COVID-19, bi 30 pazjent fil-kura intensiva.
Fit-Tasmanja kienet irregistrata mewt waħda b’851 każ ġdid tal-COVID-19. 11-il persuna jinsabu l-isptar bil-COVID-19, tnejn minnhom fl-ICU.
Fl-ACT 41 persuna issa jinsabu l-isptar bil-COVID-19, bi 3 pazjenti fil-kura intensiva. Ma kienet irrappurtata l-ebda mewt b’773 każ ġdid.
Fejn issib klinika tal-ittestjar tal-COVID-19
Irreġistra r-riżultati tar-RAT hawnhekk, jekk tkun pożittiv/a