- Il-Premier ta’ West Australia Mark McGowan bidel fehemtu dwar il-wegħda tiegħu li jiftaħ mill-ġdid il-fruntieri tal-istat fil-5 ta’ Frar u jgħid li jkun “bla ħsieb u irresponsabbli” li jkompli b’dan il-pjan, meta wieħed iqis iż-żjieda fil-każijiet tal-Omicron mal-pajjiż kollu.
- Il-Premier Mark McGowan wera t-tħassib tiegħu li żewġ dożi tal-vaċċin joffru protezzjoni limitata kontra l-Omicron u jinsisti li hemm bżonn ta’ aktar żmien biex tiżdied ir-rata tal-booster.
- Il-Kap tal-Assoċjazzjoni Medika Awstraljana Dr Omar Khorshid ħadha kontra d-deċiżjoni ta’ McGowan u jgħid li l-fruntiera tal-istat “għandha tinfetaħ”.
- Il-Ġimgħa, fi NSW kienu rrappurtati 46 mewt bil-COVID-19, l-ogħla numru ta’ mwiet fl-istat mindu bdiet il-pandemija. F’Victoria kienu rrappurtati 20 mewt, fi Queensland 13 u fit-Tasmanja mewt waħda.
- In-numru ta’ nies fl-isptar kemm fi NSW u f’Victoria naqas f’dawn l-aħħar 24 siegħa – nuqqas ta’ disgħa fil-mija fil-Victoria minn 1,206 għal 1,096 u aktar minn wieħed fil-mija fi NSW, minn 2,781 għal 2,743.
- L-Uffiċjal Ewlieni tas-Saħħa fi NSW Kerry Chant qalet “diversi indikaturi” juru li l-imxija tal-virus qed tonqos fil-komunità.
- Il-Premier ta’ Queensland Annastacia Palaszczuk ħabbret li minn nhar it-Tnejn, in-nies fi Queensland se jkunu eliġibbli għat-tilqima tal-booster kontra l-COVID tliet xhur wara t-tieni tilqima.
- Il-Pulizija Federali Awstraljana nidiet investigazzjoni dwar il-prezzijiet għolja li bih qegħdin jinbiegħu r-rapid antigen tests f’ċerti postijiet.
- L-Union statali tal-paramediċi u l-operaturi ta’ call-centre wissew li s-servizz ta’ rispons għal telefonati għall-ambulanzi fil-Victoria, qed jopera b’numru limitat ħafna ta’ ħaddiema, ftit xhur biss wara li missier ta’ tlett itfal miet wara li stenna għal 25 minuta għal ambulanza f’Melbourne.
- Kważi 30 produtturi tal-mediċina ġenerika fl-Afrika, l-Asja u l-Lvant Nofsani se jagħmlu verżjonijiet irħas tal-pillola Merck & Co's COVID-19, skont ftehim bl-għajnuna tan-Nazzjonijiet Unititi biex pajjiżi aktar fqar ikollhom aktar aċċess għall-pilloli li jservu bħala arma fil-ġlieda kontra l-pandameija.
Numru ta’ stati ħejjew formuli ta’ reġistrazzjoni għar-Rapid Antigen Tests.
STATISTIKA DWAR IL-COVID-19:
Fi NSW kienu rrappurtati 25,168 każ ġdid u 46 mewt, waqt li f’Victoria kienu rreġistrati 18,167 każ u 20 mewt.
Fi Queesnland kienu rreġistrati 16,031 każ ġdid u 13-il mewt, waqt li fit-Tasmanja kienu rreġistrati 866 każ u mewt waħda.
Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:
Ivvjaġġar
u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19
Għajnuna finanzjarja
Hemm bidliet fid-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: , , , , , , .
- Informazzjoni dwar
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju: