Aġġornament dwar il-COVID-19: L-istat ta’ Victoria jipprepara għal aktar tnaqqis fir-restrizzjonijiet

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għad-29 ta’ Ottubru 2021.

Melbourne's CBD is seen from the banks of Williamstown.

Melbourne's CBD is seen from the banks of Williamstown. Source: AAP

  • In-nies fil-Victoria jistennew biex jitnaqqsu r-restrizzjonijiet li mistennija jibdew mil-lum
  • L-awtoritajiet fi NSW iħeġġu lir-residenti biex jiċċelebraw Halloween bla periklu tal-COVOD-19
  • L-istat ta’ Victoria b’aktar regoli stretti rigward eżenzjonijiet mediċi f’dak li għandu x’jaqsam tat-tilqima tal-COVID-19

VICTORIA

Fl-istat ta’ Victoria kienu rreġistrati 1,656 każ lokali ġdid tal-COVID-19 u 10 imwiet, waqt li l-istat qed jipprepara għal aktar tnaqqis fir-restrizzjonijiet mis-6pm tal-lejla.  

Ħwienet mhux essenzjali se jerġgħu jiftħu llum għall-ewwel darba wara ġimgħat magħluqin, u n-numru limitat ta’ dawk li jistgħu jattendu restoranti, pabbs, u ħwienet tal-kafè se jiżdied.

Il-projbizzjoni tal-ivvjaġġar bejn Melbourne u Victoria reġjonali se tispiċċa. Hekk ma jkunx hemm restrizzjonijiet tal-moviment fl-istat kollu ta’ Victoria, b’residenti fl-inħawi metropolitani mistennija li jżuru r-reġjuni għal tmiem il-ġimgħa tal-Melbourne Cup.

Il-maskri m’humiex aktar meħtieġa li jintlibsu barra, imma għandhom jibqghu jntlibsu ġewwa.

New South Wales

Fi NSW kienu rreġistrati 268 każ lokali ġdid u żewġt imwiet. 

In-nies huma mitluba li jiċċelebraw Halloween fi tmiem din il-ġimgħa bla periklu tal-COVID-19. Iċċelebraw din l-okkażjoni barra minflok fil-magħluq, ipprovdi ħelu u affarijiet oħra żgħar tal-ikel ppakkjati, minflok fi skutelli u platti fejn kulħadd juża jdejh. U kkunsidra modi oħra kif tqassam il-ħelu. Hawnhekk issib   viċin tiegħek.

Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa

  • Fl-ACT kienu rreġistrati 10 każi ġodda. Hekk in-numru ta’ każi attivi huwa ta’ 234.
  • Informazzjoni ġdida mill-Bureau Awstraljan tal-Istatistika turi li dawk li twieldu barra l-Awstralja kellhom rata ta’ mewt tal-COVID-19 ta’ 4.2 kull 100,000 persuna, imqabbla ma’ waħda ta’ 2.0 ta’ dawk li twieldu fl-Awstralja.
  • L-istat ta’ Victoria se jagħmel regoli aktar stretti dwar l-eżenzjonijiet mediċi tat-tilqim tal-COVID-19, wara li nies inqabdu jfittxu tabib biex jagħtihom eżenzjoni. 
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ .



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

 
 

Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

 
 
 


Share
Published 29 October 2021 4:32pm
Updated 29 October 2021 4:37pm
By SBS/ALC Content
Source: SBS


Share this with family and friends