- L-istat ta’ Victoria jintroduċi mill-ġdid konfini skont il-fruntieri
- L-Istat ta’ NSW iħeġġeg lil kulħadd biex jaġixxi bi mġieba sigura rigward il-COVID
- Aktar minn 68 fil-mija tan-nies f’Canberra huma mlaqqma kompletamnt
- Queensland u SA jnaqqsu r-restrizzjonijiet
Victoria
F’Victoria kien irreġistrat 1,839 każ lokali ġdid u ħamest imwiet.
Diversi nħawi tal-gvern lokali ġew magħduda mal-konfini tal-fruntieri inklużi Benalla, Greater Bendigo, Buloke Shire, Loddon, Yarriambiack, Hay, Edward River, Lockhart, Murrumbidgee, Wagga Wagga.
Residenti li għaddew l-aħħar 14-il ġurnata f’dawn il-konfini jistgħu jidħlu u jħallu Victoria mingħajr il-permess.
New South Wales
Fi New South Wales kienu rreġistrati 646 każ lokali ġdid u 11-il mewt. Għalhekk in-numru ta’ mwiet totali relatati mal-COVID, fl-imxija preżenti issa huwa 414.
Fdalijiet tal-virus instabu f’kampjunu tad-drenaġġ f’ Wee Waa fi-reġjun tal-Hunter New England u f’Quirindi u Brewarrina fil-punent ta’ NSW.
L-Uffiċjal Ewlieni tas-Saħħa Dr Kerry Chant qed tħeġġeġ lil kulħadd biex ikompli jilbes il-maskra, iżomm rekord (checking in) ta’ fejn ikun, iżomm id-distanza soċjali u l-aktar importanti li jiżola lilu nnifsu u jittestja għal COVID-19, jekk jissuspetta li għandu sintomi tal-COVID-19.
Australian Capital Territory
Fit-territorju kienu rreġistrati 40 każ lokali.
Bħalissa hemm 16-il pazjent tal-COVID fl-isptar, inkluż sitta fil-kura intensiva u ħamsa li jeħtiegu l-ventilazzjoni.
Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa
- Inħawi tal-gvern lokali ta’ Brisbane, Logan, Gold Coast, Moreton Bay, Townsville (inkluża Magnetic Island), u Palm Island se jingħaqdu mill-ġdid mal-bqija ta’ Queensland skont mill-4pm tallum, il-Ġimgħa 8 ta’ Ottubru.
- Il-lbic ta’ South Australia jerġa’ lura għall-istess livell ta’ restrizzjonijiet bħall-bqija tal-istat, li bħalissa qiegħed skont b’xi miżuri addizzjonali.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment
Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni. għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ .
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: , , , , , , .
- Informazzjoni dwar .
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju: