Aġġornament dwar il-COVID-19: Victoria lura f’lockdown mil-lum

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għas-16 ta’ Lulju 2021.

Federation Square Lockdown 4

Federation Square Lockdown Source: I Riman

  • L-istat ta’ Victoria jinsab lura f’lockdown mil-lum. Il-lockdown f’daqqa ta’ ħamest ijiem, se jdum sal-20 ta’ Lulju.
  • Fi New South Wales kienu rreġistrati 97 każ lokali tal-COVID-19 illum.  
Victoria

F’Victoria kienu rreġistrati sitt każi ġodda lokali tal-COVID-19 fl-ewwel ġurnata ta’ lockdown mal-istat kollu. Id-dipartiment tas-saħħa kkonferma li kien hemm 10 każi ġodda tal-COVID fl-24 siegħa sal-Ġimgħa fil-għodu. Erba’ minn dawn il-każ kienu rrappurtati mill-awtoritajiet. Il-każi kollha huma marbuta ma’ imxijiet li diġà kienu magħrufa. In-numru totali ta’ każi fil-Victoria huwa 36.

Hawnhekk issib  f’lista jew f’mappa. Il-ħames lockdown mistenni jibqa’ sa 11:59 pm tat-Tlieta, 20 ta’ Lulju.

New South Wales 

Fi New South Wales illum kienu rreġistrati 97 każ lokali tal-COVID-19. 29 tal-każi ġodda kienu fil-komunità fil-perjodu kollu li kienu infettivi.  75 persuna ta’ dawn il-każi qegħdin l-isptar, 18 fil-unit tal-kura intensivia u ħamsa fuq ventilators.

Hawnhekk issib, f’lista jew f’mappa. Il-lockdown preżenti kien estiż sa 11:59 pm tal-Ġimgħa, 30 ta’ Lulju.

Fl-aħħar 24 siegħa madwar l-Awstralja

  • Queensland se tagħlaq il-fruntieri ma’ Victoria mis-Sibt, 17 ta’ Lulju. F’dan l-istat illum kien irreġistrat każ wieħed ġdid.  
  • Il-Prim Ministru Scott Morrison ippropona pjan għal miżuri ġodda ta’ sapport għall-pandemija li se japplikaw għal kull ġuriżdizzjoni, suġġetti għal lockdown ta’ sebat ijiem jew itwal minn dak li jkun iddikjarat mill-Commonwealth bħala hotspot tal-COVID-19.

Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi ta’ ttestjar u ħlas tad-diżastru kaġun tal-pandemija

Ħtiġijiet ta’ kwarantina u ttestjar huma mmaniġġjati u nfurzati mill-gvernijiet statali u territorjali:

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tapplika online għal eżenzjoni.  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li jkunu riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websajt  .



Informazzjoni dwar il- 


Hawnhekk issib, traduzzjoni ta’ .
Hawnhekk issib, traduzzjoni ta’ .



Kliniċi ta’ ttestjar f’kull stat u territorju:

 
 

Informazzjoni dwar ħlas tad-diżastru kaġun tal-pandemija f’kull stat u territorju:

 
 
 




Share
Published 16 July 2021 5:48pm
Updated 16 July 2021 9:05pm
By SBS/ALC Content
Source: SBS


Share this with family and friends