Aġġornament dwar il-COVID-19: L-istat ta’ Victoria jintroduċi riformi dwar pandemija, Queensland tilqa’ l-istudenti internazzjonali għal darba oħra

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għas-26 ta’ Ottubru 2021.

Wanafunzi watembea katika chuo cha Queensland mjini Brisbane.

Wanafunzi watembea katika chuo cha Queensland mjini Brisbane. Source: Getty Images

Victoria

L-istat ta’ Victoria se jintroduċi liġijiet ġodda fil-parlament għal kontra pandemija waqt li fl-istat kienu rreġistrati 1,510 każ lokali ġdid tal-COVID-19 u erbat imwiet.

Il-premier se jkun jista’ jiddikjara pandemija wara li jkun ikkunsidra l-parir tal-uffiċjali tas-saħħa ewlenin u t-tim tas-saħħa pubblika.

Il-Ministru tas-Sahha Martin Foley qal li l-liġijiet se jibdlu l-istruttura essenzjali preżenti fejn arranġamenti ta’ emerġenza statali jridu jkunu riveduti u estiżi mill-ministru kull erba’ ġimgħat. 

Skema konċessjonali ġdida għal multi kienet imħabbra wkoll, fejn nies li jkunu qegħdin isofru tbatija finanzjarja jkunu jistgħu japplikaw biex ikollhom il-multi tagħhom imnaqqsa.

L-istat ta’ Victoria qed iħares ‘il quddiem biex jiftaħ mill-ġdid nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Ottubru meta l-istat mistenni li jilħaq il-mira ta’ 80 fil-mija tat-tilqim tal-popolazzjoni.

Queensland

Il-Premier Anastasia Palaszczuk ħabbret li studenti internazzjonali se jkunu jistgħu jerġgħu lura Queensland fl-2022, waqt li fl-istat kienu rreġistrati żewġ każi ġodda lokali – it-tnejn ikkunsidrati bħala ta’ riskju baxx.

New South Wales

Fi New South Wales kienu rreġistrati 282 każ ġdid lokali u mewt waħda.

L-istat issa għandu 85 fil-mija tal-popolazzjoni tiegħu ta’ ‘l fuq minn 16-il sena mlaqqma.

Hawnhekk issib  viċin tiegħek.

Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa

  • Fl-ACT kienu rreġistrati 12-il każ ġdid tal-coronavirus.
  • Fin-Northern Territory hemm pjanijiet li tkun introdotta policy ‘li ma ssirx kwarantina’ fuq dawk li jkunu mlaqqma kompletament mit-18 ta’ Jannar.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ .



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

 
 

Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

 
 

Share
Published 26 October 2021 2:54pm
Updated 26 October 2021 3:03pm
By SBS/ALC Content
Source: SBS


Share this with family and friends