COVID-19 – l-aħħar aġġornament: Victoria u Queensland viċin għal ħajja “normali ġdida”

Dan huwa l-aħħar aġġornament dwar il-COVID-19 fl-Awstralja għat-22 ta’ Frar.

Mhudumu ndani ya mgahawa anayevaa barakoa, akizungumza kwa simu

Masharti ya uvaaji wa barakoa yanabadilika nchini Australia. Sheria tofauti zita tumiwa katika majimbo na wilaya tofauti. Source: Getty Images / andresr E+

  • Fi Queensland mis-6pm tal-Ġimgħa, 4 ta’ Marzu maskri li jitlibsu fuq il-wiċċ mhumiex aktar meħtieġa fil-biċċa l-kbira tal-postijiet. Jibqgħu meħtieġa fl-isptarijiet, faċilitajiet tal-kura tal-anzjani, akkomodazzjonijiet ta’ diżabilità, ħabsijiet, ajruporti u fuq it-trasport pubbliku u ajruplani.
  • Mill-istess data fi Queensland mhux se jkun hemm aktar limitazzjonijiet fin-numru u fil-kapaċità ta’ nies flimkien.
  • Minn Marzu l-konferenzi stampi dwar il-COVID-19 li jsiru kuljum mill-awtoritajiet ta’ Queensland mhux se jibqgħu jsiru.
  • Fil-Victoria mill-11.59pm tal-Ġimgħa 25 ta’ Frar rakomandazzjonijiet dwar is-saħħa pubblika dwar ix-xogħol u l-istudju mid-dar jispiċċaw u l-ilbies tal-maskri tal-wiċċ jitneħħa f’ħafna mill-postijiet.
  • L-ilbies tal-maskri tal-wiċċ jibqa’ jkun meħtieġ fuq it-trasport pubbliku fil-Victoria, fit-taxis u fuq trasport bejn persuni differenti, fuq l-ajruplani u fl-ajruporti u fl-isptarijiet u f’faċilitajiet tal-kura.
  • Fl-iskejjel fil-Victoria l-ilbies tal-maskri ma jibqax ta’ bilfors għall-istudenti fil-livell sekondarju. Studenti minn year 3 u ħaddiema f’ċentri tat-tagħlim kmieni tat-tfal u fl-iskejjel primarji jibqgħu jkunu meħtieġa li jilbsu l-maskri, minħabba rata ta’ tilqim anqas milli kienet mistennija fi tfal bejn il-5 u l-11 il sena.  
  • Maskri tal-wiċċ jibqgħu jkunu meħtieġa għal dawk fil-Victoria li jaħdmu fl-ospitalità u ħwienet, fis-sistema tal-qorti u l-ġustizzja u f’faċilitajiet korrettivi.
  • Mill-ġimgħa d-dieħla l-isptarijiet fil-Victoria se jkunu jistgħu jerġgħu jibdew l-operazzjonijiet kollha.
  • Il-Ministru tas-Saħħa Federali Greg Hunt qal li n-numri ta’ każijiet tal-COVID-19 naqsu b’90 fil-mija mindu l-virus Omicron kien fl-aqwa tiegħu.
  • In-numru ta’ nies fl-isptarijiet huwa anqas min-nofs ta’ dak li kien u, skont il-Ministru Hunt, dan in-numru mistenni jkompli jonqos minħabba n-numru jonqos ta’ każijiet ta’ infezzjoni.


Statistika dwar il-COVID-19 fl-Awstralja

Fi New South Wales kienu rrappurtati 1,293 pazjent fl-isptar b’71 fil-kura intensiva. Kien hemm 14-il mewt u 8,752 każ ġdid tal-COVID-19.

Fil-Victoria, 345 persuna jinsabu fl-isptar, b’48 fl-ICU u 8 fuq ventilators. Kien hemm 14-il mewt u 6,786 infezzjoni ġdida.

Fi Queensland, kien hemm 5,583 każ ġdid tal-COVID-19 u 5 imwiet. 394 persuna jinsabu l-isptar bil-COVID-19, b’34 pazjent fil-kura intensiva.

Fit-Tasmanja ma kienu rreġistrati l-ebda mwiet b’820 każ ġdid tal-COVID-19. 11-il pesuna jinsabu l-isptar bil-COVID-19, tnejn minnhom fl-ICU.

Fl-ACT 41 persuna jinsabu l-isptar bil-COVID-19, b’pazjent 1 fil-kura intensiva. Ma kienet irrappurtata l-ebda mewt b’583 każ ġdid.





Fejn issib klinika tal-ittestjar tal-COVID-19



Irreġistra r-riżultati tar-RAT hawnhekk, jekk tkun pożittiv/a 



Jekk ikollok bżonn għajnuna finanzjarja, 


Aqra l-informazzjoni kollha dwar il-COVID-19 bil-Malti fuq l-.


Share
Published 22 February 2022 2:24pm
Updated 22 February 2022 2:33pm


Share this with family and friends