Il-lockdown fil-Victoria se jkompli sat-Tlieta, 27 ta' Lulju
New South Wales jirreġistra l-ħames mewt tiegħu mill-imxija Covid-19 Delta
Jitħabbru restrizzjonijiet fil-hames livell f'South Australia mis-6:00pm il-lejla
Iktar minn 10.1 miljun Awstraljan irċieva l-ewwel doża, waqt li 2.8 miljun huma vaċċinati kompletament
Victoria
Il-Premjer Daniel Andrews ħabbar li l-lockdown kurrenti se jkun imtawwal sal-11:59pm it-Tlieta, 27 ta' Lulju
Victoria rreġistrat 12 -il każ ġdid lokali ta Covid-19, inkluż każ misterjuż. Disa' mill-każijiet kienu fl-iżolazzjoni matul il-perjodu infettiv. In-numru totali tal-każijiet attivi fil-Victoria huwa ta' 96.
L-ivvjaġġar lejn Victoria bl-użu tal-permessi miż-żoni ħomor se jieqaf temporanjament. Sapport ieħor lin-negozji huwa mistenni jitħabbar għada.
S'issa jinsabu 15, 800 kuntatti qrib u iktar minn 300 sit espost, inklużi siti fuq Philip Island, fin-Nofs in- nhar tal-istat, sa Mildura fil-Majjistral. Sib hawn f'lista jew mappa.
New South Wales
New South Wales irreġistra 78 każ trasmess lokalment, b'21 minn dawn infettivi fil-kommunita. Mara ta' ħamsin sena mietet fil-Lbiċ ta' Sydney. Il-mewt tagħha hija il-61 mewt fi NSW relatata ma' Covid-19 u il-ħames mewt fl-imxija kurrenti.
Service NSW ħarġet l-applikazzjonijiet għall-pakketti finanzjarji ta' dan il-lockdown għall-intrapriżi żgħar u medji. L-applikazzjonjiet jagħlqu fil-11:59pm fit-13 ta' Settembru 2021. Għal iktar informazzjoni, żuru il-linjigwida .
Sib hawn f'lista jew mappa. Il-lockdown kurrenti se jkun imtawwal sa 11:59pm il-Ġimgħa, 30 ta' Lulju.
L-aħħar 24 siegħa madwar l-Awstralja
- South Australia rreġistrat ħames każijiet ġodda ta' Covid-19 fil-kommunita. Il-Premjer Steven Marshall ħabbar restrizzjonijiet tal-ħames livell mis-6:00pm il-lejla sa tal-inqas it-Tlieta, 27 ta' Lulju. Bħalissa jinsabu 16 -il sit espost. Sib hawn f'lista.
- Queensland irreġistrat każ wieħed ta' coronavirus trasmess lokalment.
- It-tminn membri tal-ekwipaġġ fuq vapur tal-merkanzija marbut fi Fremantle f'Western Australia kollha ttestjaw fil-pożittiv għall-Covid-19.
Il- huwa pagament kull ġimgħa għal dawk il-persuni li jgħixu f'postijiet ddikjarati bħala hotspots mill-Commonwealth, fejn ir-restrizzjonijiet li ilhom għaddejjin iktar minn sebat' ijiem ġagħaluhom jesperjenzaw tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol tagħhom jew tilfu dħul. Informazzjoni tinsab b' waqt li servizz multilingwali bit-telefon jinsab fuq 131 202.
Eid al Adha (“Festival of the Sacrifice”) jispiċċa il-Ġimgħa, 23 ta' Lulju. Huwa importanti li tipproteġi lilek innifsek u lil oħrajn matul talb ta' Eid al-Fitr billi:
- tagħżel li titlob mid-dar
- tikkanċella ġemgħat kbar
- tilbes il-maskra
- tuża tapit tiegħek għat-talb
MIT TA' COVID-19:
Il-vaċċin ta' COVID-19 mhuwiex sigur għaliex kien żviluppat malajr.
FATT TA' COVID-19:
Kull vaċċin ta' COVID-19 irid jagħddi mir-rekwiżiti stretti tal-Amministrazzjoni Awstraljana tal-Prodotti Terapewtiċi (TGA), għas-sigurta, il-kwalita u l-effettivita' tiegħu qabel ma jkun permess jingħata. It-TGA tkompli tissorvelja mill-qrib il-vaċċini biex tara immedjatament u tirreaġixxi għal kull problema ta' sigurta li tista' tinqala' kemm fl-Awstralja u barra minn hawn.
Fl-Istati Uniti, turi li kważi l-imwiet kollha minn COVID-19 fil-pajjiż - inklużi varjanti differenti - kienu ta' persuni li ma kienux imlaqqma.
F'Ġunju, sab li 103 mill-223 każ tal-varjant Delta li ttieħdu l-isptar minn Frar ma kienux imlaqqma jew kellhom biss doża waħda.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi ta’ ttestjar u ħlas tad-diżastru kaġun tal-pandemija
Ħtiġijiet ta’ kwarantina u ttestjar huma mmaniġġjati u nfurzati mill-gvernijiet statali u territorjali:
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tapplika online għal eżenzjoni. għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li jkunu riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websajt .
- Aħbarijiet u informazzjoni f’63 lingwa f’
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: , , , , , , . Informazzjoni dwar il-
Hawnhekk issib, traduzzjoni ta’ .
Hawnhekk issib, traduzzjoni ta’ .
Kliniċi ta’ ttestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar ħlas tad-diżastru kaġun tal-pandemija f’kull stat u territorju: