COVID-19 – l-aħħar aġġornament: It-TGA toħroġ twissijiet ġodda biex ma jinxtrawx kits tar-Rapid Antigen Test li ma jkunux approvati

Dan huwa l-aġġornament dwar il-COVID-19 fl-Awstralja għall-4 ta’ Marzu.

Rapid Antigen Test Kit Distribution centre in Melbourne, Thursday, January 20, 2022. (AAP Image/James Ross)

Rapid Antigen Test Kit Distribution centre in Melbourne, Thursday, January 20, 2022. Source: AAP

  • Ir-regulatur mediku fl-Awstralja, l-Amministrazzjoni tal-Affarijiet Terapewtiċi (TGA) ħarġet twissijiet ġodda biex ma jinxtrawx RATs li ma jkunux approvati għall-użu fil-pajjiz.
  • Dan sar wara tħassib li xi tipi ta’ RATs qegħdin ikunu ppakkjati mill-ġdid jew jingħataw tikketta ġdida għall-bejgħ mingħajr il-komponenti kollha ġewwa l-kaxxa.
  • It-TGA diġà approvat 32 tip ta’ RATs differenti għall-użu fl-Awstralja u qalet, "(RATs li m’humiex approvati) ma kinux assessjati mit-TGA. Dan ifisser li m’għandhomx l-istess assigurazzjoni, effettività u kwalità bħal dawk li jissodisfaw il-ħtiġijiet regulatorji Awstraljani."
  • Fi New South Wales, kull min jittestja pożittiv għall-virus u jkun f’iżolazzjoni  waqt l-emerġenza tal-għargħar fi NSW għandu jobdi kull ordnijiet ta’ evakwazzjoni. Nies pożittivi bil-COVID-19 li jaslu f’ċentri ta’ evakwazzjoni għall-għargħar għandhom javżaw lill-istaff, jilbsu maskra u fiżikament iżommu distanza min-nies l-oħrajn.  
  • Fi Queensland mis-6:00pm illum, il-maskri m’humiex aktar meħtieġa fil-biċċa l-kbira tal-postijiet, inklużi l-postijiet tax-xogħol, skejjel, ħwienet tal-kafè, restoranti u pubs. Dan japplika kemm għall-ħaddiema u anke għan-nies li jattendu.
  • Il-maskri għadhom meħtieġa li jintlibsu fuq it-trasport pubbliku, meta żżur ajruporti, fuq l-ajruplani, fil-ħabsijiet u f’postijiet għal dawk b’diżabilità, fl-isptarijiet u f’postijiet tal-kura tal-anzjani. Il-maskri huma rrakomandati wkoll meta ma tkunx tista’ żżomm distanza soċjali.
  • Limiti ta’ densità se jitneħħew, bla ma jkun hemm restrizzjonijiet fuq in-numru ta’ nies f’tiġijiet, f’funerali jew fi djar, waqt li prova li tkun ħadt it-tilqima għadha meħtieġa f’ċerti postijiet.
  •  , il-virus tal-Omicron tal-COVID-19 huwa tal-anqas 40 fil-mija aktar qawwi mill-influwenza staġjonali, għalhekk tajjeb wieħed jifhem il-potenzjal tal-qawwa tiegħu u l-periklu li jikkaġuna fis-saħħa.
  • Esperti tas-saħħa mir-Renju Unit jgħidu li sabu  li tista’ tgħin nies morda bil-COVID. Il-baricitinib issoltu tintuża biex tikkura l-infjammazzjoni tal-artrite. Provi juru li tista’ tnaqqas ir-riskju tal-mewt f’pazjenti li jkollhom bżonn kura l-isptar għall-COVID severa.

Statistika dwar il-COVID-19 fl-Awstralja

Fi New South Wales kienu rrappurtati 1,000 pazjent fl-isptar bi 42 fil-kura intensiva. Kien hemm żewġt imwiet, u 9,466 każ ġdid tal-COVID-19.

Fil-Victoria, 245 persuna jinsabu l-isptar bi 28 fil-ICU u 7 fuq il-ventilators. Kien hemm 26 mewt u 6,545 infezzjoni ġdida.

Fit-Tasmanja ma kienu rrekordjati l-ebda mwiet b937 każ ġdid tal-COVID-19. 14-il persuna jinsabu l-isptar bil-COVID-19, b’4 minnhom jeħtieġu l-kura intensiva.

Fi Queensland, kien hemm 5,446 każ ġdid tal-COVID-19 u 7 mwiet. 284 persuna jinsabu l-isptar bil-COVID-19, b’25 pazjent fl-ICU.

FL-ACT 35 persuna issa qegħdin l-isptar bil-COVID-19, 2 jeħtieġu kura intensiva. Kienu rrappurtati 794 infezzjoni ġdida u l-ebda mewt ma kienet irreġistrata.  

F’Western Australia kien hemm 2,137 każ ġdid tal-COVID-19, imma l-ebda mewt, waqt li 21 persuna bħalissa qegħdin l-isptar.  

F’South Australia 106 persuni bħalissa qegħdin l-isptar bil-COVID-19 u 9 minnhom fl-ICU, persuna waħda qegħda fuq ventilator. Kien hemm 2 imwiet u 2,047 każ ġdid.

Fin-Northern Territory kien hemm 660 każ ġdid tal-COVID-19 u mewt waħda.  48 persuna issa jinsabu l-isptar b’2 pazjenti fl-ICU.





Fejn issib klinika tal-ittestjar tal-COVID-19



Irreġistra r-riżultati tar-RAT hawnhekk, jekk tkun pożittiv/a 



Jekk ikollok bżonn għajnuna finanzjarja, 


Aqra l-informazzjoni kollha dwar il-COVID-19 bil-Malti fuq l-.

 


Share
Published 4 March 2022 7:38pm
Updated 4 March 2022 7:46pm


Share this with family and friends