- Adulti żgħażagħ huma fost l-aktar affettwati mill-virus fi NSW
- Fl-istat ta’ Victoria mistennija li jitlaqqmu miljun persuna f’ħames ġimgħat
- Fl-ACT irreġistrati żewġ każi tal-virus fil-komunità
- Dawk li jaslu Queensland mill-ACT mistennija jagħmlu kwarantina
New South Wales
Fi NSW kienu rreġistrati 390 każ ġdid u żewġt imwiet. Tal-anqas 60 każ kienu fil-komunità waqt li kienu infettivi.
Il-maġġoranza tal-25 każ ġdid f’Dubbo u Walgett kienu f’nies Aboriġini, inklużi tfal.
Dr Maryanne Gale minn New Wales Health tgħid li f’dawn l-aħħar ġimagħtejn adulti żgħażagħ bejn l-età ta’ 20 u 29 sena, huma fost l-aktar affettwati mill- COVID-19 u tħeġġeg lil kulħadd biex jieħu t-tilqima.
Victoria
F’Victoria kienu rreġistrati 15 il-każ ġdid. 4 minnhom ma kinix marbuta mal-imxijiet magħrufa tal-virus.
Il-Premier Daniel Andrews jgħid li l-vaċċin tal-AstraZeneca kontra l-COVID-19 se jkun jista’ jittieħed minn dawk kollha ‘l fuq minn 18-il sena f’kull post tat-tilqim immexxi mill-istat. Huwa jgħid li l-gvern irid li miljun persuna jirċievu l-vaċċin fil-ħames ġimgħat li ġejjin.
Fl-aħħar 24 siegħa madwar l-Awstralja
- Queensland tirreġistra seba’ każi lokali ġodda. Mis-Sibt 14 ta’ Awwissu, kull min jasal Queensland mill-ACT għandu jagħmel kwarantina fil-lukanda.
- L-awtoritajiet tal-ACT ikkonfermaw aktar minn 3,000 kuntatt mill-qrib u total ta’ sitt każi attivi.
- In-negozji fit-Tasmanja affettwati mill-għeluq tal-fruntieri u l-lockdowns fi stati oħra jistgħu japplikaw għal għotjiet minħabba t-tbatija li għaddejjin minna mis-17 ta’ Awwissu.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment
Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni. għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ .
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: , , , , , , .
- Informazzjoni dwar .
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju: