Aġġornament dwar il-COVID-19: L-istati jħabbru pakketti ekonomiċi waqt li NSW u Victoria jirreġistraw anqas każi

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għat-12 ta’ Ottubru 2021.

Kiongozi wa Victoria Daniel Andrews azungumza na vyombo vya habari mjini Melbourne

Kiongozi wa Victoria Daniel Andrews azungumza na vyombo vya habari mjini Melbourne. Source: AAP Image/James Ross

  • L-istat ta’ NSW iħabbar pakketti ta’ rkuprar għan-negozji affettwati mill-COVID-19
  • L-istat ta’ Victoria jagħmel investimenti maġġuri fil-kura tas-saħħa
  • Il-Commonwealth iħabbar dak li jsejjaħ bħala l-ewwel pjan fid-dinja għall-mard mentali fit-tfal

Victoria

Fil-Victoria kienu irreġistrati 1,466 infezzjonijiet ġodda tal-COVID-19 lokalment u tmien imwiet. Minn 675 persuna fl-isptar, sebgħa fil-mija biss huma mlaqqma kompletament.

Il-Premier Daniel Andrews ħeġġeġ lin-nies fil-Victoria biex jekk huwa possibbli jieħdu t-tieni doża tat-tilqima tagħhom aktar kmieni minn kif kien ippjanat.

L-istat ħabbar investiment ta’ miljuni ta’ dollari fil-kura tas-saħħa qabel l-istat jerġa’ jiftaħ.

$255 miljun kienu mħabbra biex jissapportjaw lil dawk li jaħdmu fuq quddiem fl-isptarijiet kontra l-COVID u $2.5 miljun huma ddedikati biex jiġu mqabbda jaħdmu 1000 ħaddiem/a ieħor fil-qasam tas-saħħa li jgħixu barra l-Awstralja.  

New South Wales

Fi New South Wales kienu rreġistrati 360 każ lokali ġdid u ħamest imwiet.

Il-Premier Dominic Perrottet ħabbar pakkett għan-negozji fl-istat.

Sidien ta’ negozji eliġibbli se jkunu jistgħu jikklemjaw $2,000 bħala rebate għal ċerti servizzi u ħlasijiet. Rebates sostanzjali kienu mħabbra għal negozji li jkollhom prodotti li ma jibqgħux tajbin għall-bejgħ qabel l-istaġun tal-Milied.

“Irridu lis-sidien tan-negozji li jkunu jafu li qegħdin nappoġġjawhom,” qal il-Premier Domenic Perrottet.

L-istat mistenni li jaqbeż il-mira ta’ 80 fil-milja tat-tilqim kompletament sa nhar it-Tnejn, meta jkomplu jitnaqqsu r-restrizzjonijiet.

Hawnhekk issib   viċin tiegħek.

ACT

Fl-ACT kienu rreġistrati 28 każ ġdid lokali. 22 minnkom kienu marbuta ma’ każi magħrufa.

Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa

  • Fi Queensland ma kienu rreġistrati l-ebda każi tal-COVID-19.
  • 82.8% tar-residenti eliġibbli fl-Awstralja ħadu l-ewwel doża tat-tilqima tagħhom u 63.4% huma mlaqqma kompletament.
  • Il-Ministru tas-Saħħa Federali Greg Hunt qal li jidher li d-doża tal-booster għall-adulti se tkun disponibbli qabel l-aħħar ta’ Ottubru.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ .



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

 
 

Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

 
 
 


Share
Published 12 October 2021 4:16pm
By SBS/ALC Content
Source: SBS


Share this with family and friends