- Il-Gvern ta’ Victoria ħabbar li xi operazzjonijiet li mhumiex urġenti jistgħu jibdew mit-Tnejn imma d-data għal meta l-operazzjonijiet kollha jerġgħu lura għan-normal għadha mhix deċiża.
- Fil-Victoria tħabbar ukoll pakkett ta’ fondi ta’ $1.4 biljun li l-Ministru tas-Saħħa Martin Foley qal li huwa importanti biex is-sistema tas-saħħa fl-istat timmaniġġja r-rispons tal-Omicron.
- Fi NSW kienu rrappurtati 31 mewt oħra bil-COVID-19 u kien hemm 36 fatalità fil-Victoria, bin-numru ta’ dawk fl-isptarijiet fiż-żewġ stati jkompli jonqos.
- Il-Ministru tas-Saħħa Federali Greg Hunt qal li 45,000 minn 170,000 resident/a eliġibbli fil-kura tal-anzjani għadhom ma rċivewx il-booster tat-tielet tilqima tal-COVID-19.
- Hunt semma l-indeċiżjonijiet fost ir-residenti tal-kura tal-anzjani bħala l-kaġun tar-rati baxxi tal-booster tal-COVID-19 fost dawn l-anzjani.
- Operazzjonijiet li mhumiex urġenti u ta’ matul il-ġurnata fl-isptarijiet fin-Northern Territory se jistennew biex tonqos il-pressjoni fuq is-sistema tas-saħħa.
- L-Uffiċjal Ewlieni tas-Saħħa fi Queensland, Dr John Gerrard qal li l-istat qed jara numru ‘bla proporzjanon’ tal-imwiet fost l-anzjani li ma ħadux tilqima tal-booser.
Statistika dwar il-COVID-19:
Fi NSW kienu rrappurtati 2,494 pazjent/a li ddaħħlu l-isptar b’160 fil-kura intensiva, 31 mewt oħra, u 10,698 każ ġdid tal-COVID-19.
F’Victoria, 707 persuna ddaħħlu l-isptar, inklużi 79 fl-ICU. Kien hemm 36 mewt u 11,240 infezzjoni ġdida.
Fi Queensland, kien hemm 732 persuna l-isptar, inklużi 50 fil-kura intensiva, 13-il mewt u 6,857 każ ġdid.
Fit-Tasmanja, kien hemm 570 każ, 13-il persuna l-isptar, inklużi 2 fl-ICU.
Fl-ACT kienet rreġistrata mewt waħda u 449 każ ġdid, inklużi 65 persuna fl-isptar u persuna waħda fl-ICU.
Diversi stati għandhom formoli ta’ reġistrazzjoni tar-Rapid Antigen Test
Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:
Ivvjaġġar
u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19
Għajnuna finanzjarja
Hemm bidliet fid-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: , , , , , , .
- Informazzjoni dwar
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju: