Punti Ewlenin
- L-istat ta' Queensland ħabbar tnaqqis fir-restrizzjonijiet għal dawk li jkunu mlaqqma kompletament.
- Mis-17 ta’ Diċembru, jew meta l-istat jilħaq it-80 fil-mija ta’ dawk li jkunu mlaqqma kompletament, ma jibqax ikun hemm aktar restrizzjonijiet tal-COVID-19 fuq pubs u postijiet oħra ta’ divertiment, stadjums, eċċ.
- Żjajjar fl-isptarijiet se jkunu jistgħu jsiru minn dawk imlaqqma kompletament. L-unika eċċezzjoni tkun f'sitwazzjonijiet ta’ xi ħadd li jkun qed imut jew sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.
- In-nies fi Queensland ma jkollhomx għalfejn jilbsu maskra ħlief fuq l-ajruplan u l-ajruporti meta l-istat ikun laħaq 80 fil-mija tat-tilqim bl-ewwel doża
- Rapport ġdid minn Doherty Institute sab li bit-tilqim tal-COVID-19 jilħaq aktar minn 70 fil-mija, madwar nofs tal-infezzjonijiet kollha jkunu f’dawk imlaqqma, imma l-każi tal-infezzjonijiet jkunu aktar baxxi u anqas infettivi.
- Skont it-3 stadju tal-pjan tal-ftuħ mill-ġdid, in-Northern Territory se jibda bl-introduzzjoni tal-kwarantina fid-dar mit-23 ta’ Novembru.
Każi tal-COVID-19:
- Fil-Victoria kienu rreġistrati 1,029 każ lokali ġdid u 10 imwiet.
- Fi NSW kienu rreġistrati 222 każ ġdid u erbat imwiet.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment
Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni. għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ .
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: , , , , , , .
- Informazzjoni dwar .
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju: