- 180 persuna assoċjati ma’ skola f’Canberra kienu sfurzati jiżolaw minħabba l-biża’ li kienu esposti għall-Omicron.
- Fi NSW kienu rreġistrati sitt każi ġodda tal-Omicron, għalhekk in-numru totali ta’ infezzjonijiet b’dan il-varjant tela’ għal 31.
- Mis-17 ta’ Diċembru dawk li ma jkunux imlaqqma mhux se jkunu permessi fi Queensland.
- Il-ministru tas-saħħa fi Queensland jinforma li test pożittiv fil-Gold Coast huwa konness ma’ faċilità tal-kura tal-anzjani, imma s’issa l-ebda persuna oħra fil-faċilità ma kienet ittestjata pożittiva.
- Stħarriġ mir-Red Cross fl-Awstralja sab li persuna minn kull tlieta huma anqas eċċitati għall-istaġun tal-festi tal-Milied u s-sena l-ġdida mqabbla ma’ snin oħra, u 61 fil-mija huma mħassba dwar il-familja u ħbieb vulnerabbli li jkunu waħidhom jekk ir-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar ma jinbidlux.
STATISTIKA DWAR IL-COVID-19:
Fl-istat ta’ Victoria kienu rreġistrati 1,185 każ lokali ġdid u sebat imwiet.
Fi NSW kienu rreġistrati 260 każ ġdid fil-komunità u żewġt imwiet.
Fl-ACT kienu rreġistrati tliet każi ġodda u wieħed fi Queensland.
Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:
Ivvjaġġar
u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19
Għajnuna finanzjarja
Hemm tibdiliet dwar id-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: , , , , , , .
- Informazzjoni dwar .
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju: