Aġġornament dwar il-COVID-19: NSW se jibda jnaqqas ir-restrizzjonijiet minn nhar it-Tnejn għal dawk li ħadu ż-żewġ tilqimiet

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għall-10 ta’ Settembru 2021.

NSW Premier Gladys Berejiklian arrives to speak to the media during a press conference in Sydney, Friday, September 10, 2021. (AAP Image/Joel Carrett) NO ARCHIVING

NSW Premier Gladys Berejiklian arrives to speak to the media during a press conference in Sydney, Friday, September 10, 2021. Source: AAP Image/Joel Carrett

  • Instab il-COVID-19 fi nħawi reġjonali ta’ NSW fejn ma kienx hemm każi riċenti
  • Waqfien fis-servizzi tal-V/Line f’Victoria
  • Hemm aktar opportunitajiet biex tibbukkja tilqima fl-ACT
  • Queensland tirreġistra każ ġdid fil-komunità
New South Wales 

Fi NSW kienu rreġistrati 1,542 każ lokali ġdid, u disa’ mwiet.   

Mit-Tnejn 13 ta’ Settembru, sa ħames residenti li jkunu mlaqqma kompletament barra t- se jkunu permessi li jiltaqgħu barra. Dawk li joqogħdu f’dawn l-inħawi (LGAs) ta’ tħassib jistgħu joħorġu barra għal piknik jew rekreazzjoni ma’ membri oħra li joqogħdu fl-istess dar li jkunu mlaqqma kompletament għal satgħejn kuljum u jistgħu jdumu jagħmlu eżerċizzju kemm iridu.

Fdalijiet tal-COVID-19 instabu fid-drenaġġ f’impjanti tat-trattament tad-drenaġġ f’ Tamworth, Lightning Ridge, Glen Innes, Culburra Beach u Moruya. 

Mit-Tnejn 13 ta’ Settembru, NSW Health se jipprovdu aġġornamenti onlajn bil-vidjo minflok il-konferenzi stampi diretti fil-1100.

Ikklikkja hawnhekk biex illum.  

Victoria
F’Victoria kienu rreġistrati 334 każ lokali ġdid. 149 każ kienu marbuta ma’ imxijiet tal-virus li nafu bihom. Persuna waħda mietet.

Kien hemm waqfien f’għoxrin wara li sewwieq tat-trejn li vvjaġġat minn Southern Cross Station għal Gippsland ittestja pożittiv għall- COVID-19. Mistenni li l-waqfien jista’ jaffettwa mitt servizz ieħor.

Sib   viċin tiegħek.

Australian Capital Territory
Fl-ACT kienu rreġistrati 24 każ lokali ġdid. Tal-anqas sitta minnhom kienu infettivi fil-komunità. 

L-awtoritajiet jistiednu lin-nies jibdlu l-appuntament tagħhom għal aktar kmieni biex jieħdu t-tilqima permezz ta’ . Hemm aktar minn 30,000 appuntament.                                                                                                     

Ikklikkja hawnhekk għal appuntament biex  

Fl-aħħar 24 siegħa madwar l-Awstralja
  • Queensland irreġistrat każ wieħed lokali ġdid. Dan kien żagħżugħ li jattendi St Thomas More College fis-subborg ta’ Sunnybank fi Brisbane.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ .



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

 
 

Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

 
 
 


Share
Published 10 September 2021 4:48pm
By SBS/ALC Content
Source: SBS


Share this with family and friends