- Fi NSW operazzjonijiet li mhumiex urġenti li jistgħu jkunu bbukkjati minn qabel se jkunu sospiżi sa Frar, wara li fl-istat kienu rrappurtati 38,625 infezzjoni fl-aħħar 24 siegħa.
- Fi NSW residenti li jirreġistraw pożittivi permezz ta’ rapid antigen tests ikollhom jirrappurtaw ir-riżultat tagħhom lid-dipartiment tas-saħħa u każ bħal dan ikun magħdud l-istess bħala każ pożittiv ta’ PCR test. Dan tħabbar mill-Premier ta’ NSW Dominic Perrottet.
- Restrizzjonijiet ġodda dwar il-kant u ż-żfin f’postijiet ta’ ospitalità fi NSW se jkunu infurzati u jibqgħu sas-27 ta’ Jannar.
- Fejn it-tilqim huwa mandatorju, dan jinkludi l-boosters, qal f’konferenza stampa llum, il-Permier, Perrottet.
- Fi NSW intlaħqet il-figura rekord ta’ 1,738 persuna fl-isptar kaġun tal-COVID-19. Hemm 134 persuna fil-kura intensiva skont NSW Health.
- Fl-istat ta’ Victoria, in-numru ta’ nies fl-isptar kompla jiżdied għal 644 persuna. Hemm 58 każ attiv fil-kura intensiva u 24 persuna fuq ventilator.
- Il-Prim Ministru Scott Morrison ħeġġeġ lin-nies fl-Awstralja biex jiċċekkjaw l-eliġibilità tagħhom għall-ħlas federali tal-leave magħruf bħala Pandemic Leave Disaster Payment waqt li l-virus tal-Omicron qed ikompli jinxtered. Il-ħlas huwa ta’ $750 għal kull perjodu ta’ sebat ijiem li persuna tkun mgħarrfa biex tiżola lilha nnifisha jew tagħmel kwaratnina.
- Il-Premier ta’ Queensland Annastacia Palaszczuk wissiet li l-bidu ta’ term one tal-iskejjel primarji fi Queensland jista’ jkun ittardjat b’sa ġimagħtejn, jekk is-sitwazzjoni tal-imxija tal-Omicron tkompli sejra għall-agħar.
- Residenti li m’humiex imlaqqma fin-Northern Territory issa jridu jimxu ma restrizzjonijiet stretti ta’ lockout. Dawk li m’humiex imlaqqma li għandhom ‘il fuq minn 16-iI sena jistgħu biss iħallu darhom għal tliet raġunijiet u ma jistgħux jivvaġġaw għal aktar minn 30 kilometri mid-dar tagħhom.
- L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) wissiet kontra d-deskrizzjoni tal-varjant Omicron bħala ħafif u tgħid li qed joqtol in-nies mad-dinja kollha.
STATISTIKA DWAR IL-COVID:
Fi New South Wales kienu rreġistrati 38,625 każ ġdid tal-COVID-19 u 11-il-mewt, waqt li f’Victoria kienu rrappurtati 21,728 infezzjonijiet ġodda u sitt imwiet.
Fi Queensland kienu rreġistrati 10,953 każ ġdid, waqt li f’South Australia kienu rrappurtati, 3,070 infezzjoni.
Fl-ACT kienu rrappurtati 1,246 każ, waqt li 1,489 infezzjoni kienu rrappurtati fit-Tasmanja.
Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:
Ivvjaġġar
u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19
Għajnuna finanzjarja
Hemm tibdiliet dwar id-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: , , , , , , .
- Informazzjoni dwar .
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju: