Aġġornament dwar il-COVID-19: L-istat ta’ New South Wales iwarrab il-kwarantina fil-lukandi u fid-dar, l-istat ta’ Victoria jnaqqas ir-restrizzjonijiet tal-fruntiera ma’ NSW

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għall-15 ta’ Ottubru 2021.

From Tuesday, Victoria will scrap quarantine requirements for the fully vaccinated in NSW.

From Tuesday, Victoria will scrap quarantine requirements for the fully vaccinated in NSW. Source: AAP

  • L-istat ta’ NSW se jwarrab il-kwarantina għal dawk li jaslu l-Awstralja u jkunu mlaqqma kompletament mill-1 ta’ Novembru
  • L-istat ta’ Victoria  se jwarrab il-bżonn ta’ kwarantina  għal dawk li jkunu mlaqqma kompletament fi NSW
  • Ivvjaġġar reġjonali fi NSW ittardjat sal-1 ta’ Novembru

NSW

Fi New South Wales kienu rreġistrati 399 każ ġdid tal-coronavirus u tlett imwiet.

Il-Premier Dominic Perrottet ikkonferma li xi mizuri se jitnaqqsu minn nhar it-Tnejn wara li l-istat jilħaq il-mira ta’ 80 fil-mija tat-tilqim biż-żewġ dożi.

Huwa qal li livell għoli tat-tilqim ifisser li l-kwarantina fil-lukandi għal vjaġġaturi internazzjonali li jaslu l-Awstralja u kwarantina fid-dar jistgħu jieqfu mill-1 ta’ Novembru għal dawk li jkunu ħadu ż-żewġ dożi tat-tilqima. Test negattiv tal-PCR ikun meħtieg qabel vjaġġaturi jitilgħu abbord it-titjiriet tagħhom u jkun hemm proċedura ta’ ttestjar meta jaslu.  It-tilqima trid tkun waħda approvata mit-TGA. Awstraljani li jkunu jridu jerġgħu lura l-Awstralja jingħataw prijorità.

Minn nhar it-Tnejn il-limitu ta’ ġemgħat ta’ nies fid-dar se jiżdied għal 20, waqt li ġemgħat ta’ nies barra se jiżdiedu għal 50 persuna.

Ivvjaġġar reġjonali se jkun ittardjat sal-1 ta’ Novembru.

Ikklikkja hawnhekk biex issib  viċin tiegħek.

VICTORIA

Min-nhar it-Tlieta, l-istat ta’ Victoria se jwarrab il-ħtiġijiet ta’ kwarantina għal dawk minn NSW li jkunu mlaqqma kompletament.

Fl-istat kienu rreġistrati 2,179 każ ġdid tal-COVID-19 u sitt imwiet. Vjaġġaturi għandhom jagħmlu test li jkun negattiv fi 72 siegħa wara li jaslu fl-istat.

Issa hemm ordni li ħaddiema awtorizzati li jaħdmu jkunu mlaqqma bl-ewwel doża tagħhom kontra l-COVID-19, jew li bbukkjaw it-tiqlima, biex ikunu jistgħu jibqgħu jaħdmu fuq il-post tax-xogħol.

ACT

Kien hemm 35 każ ġdid fl-ACT biex in-numru totali ta’ każi f’din l-imxija issa laħaq 1,394. Mara li kellha fuq is-70 sena mietet f’faċilità tal-kura tal-anzjani.

Fl-aħħar 24 siegħa madwar l-Awstralja

  • Tliet kits tal-COVID-19 li bihom tkun tista’ tittestja lilek innifsek għal virus li l-eżattezza tagħhom hija madwar 97 fil-mija, se jkunu jistgħu jinxtraw mill-ispiżeriji mill-1 ta’ Novembru.
  • Il-Bureau Awstraljan tal-Istatistika jgħid, li 138, 000 impjieg ieħor intilfu f’Settembru minħabba l-lockdown fi NSW, Victoria u l-ACT.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ .



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

 
 

Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

 
 

Share
Published 15 October 2021 4:38pm
Updated 15 October 2021 4:44pm
By SBS/ALC Content
Source: SBS


Share this with family and friends