- Se jingħataw 6 miljun doża tal-vaċċin fi NSW sal-aħħar ta’ Awwissu.
- Il-każi attivi fi Queensland jitilgħu għal 47.
- F’Victoria rreġistrati 4 każi ġodda.
- Il-Gvern Federali joffri ħlasijiet ta’ sapport addizzjonali għall-COVID.
New South Wales
Fi NSW kienu rreġistrati 199 każ ġdid tal-virus, b’ta’ lanqas 50 minnhom kienu infettivi waqt li kienu fil-komunità.
L-Uffiċjal Ewlieni tas-Saħħa Dr Kerry Chant tfakkar lin-nies biex ma jmorrux jekk mhux assolutament għall-bżonn.
Il-Premier Gladys Berejiklian trid li fl-istat ikunu rreġistrati 6 miljun tilqima sal-aħħar ta’ Awwissu. S’issa 3.9 miljun doża kienu amministrati.
Queensland
Fi Queensland kienu rreġistrati 16-il każ ġdid tal-virus fil-komunità, kollha konnessi ma’ każi eżistenti.
L-Uffiċjal Ewlieni tas-Saħħa Dr Jeannette Young tappella lir-residenti minn biex jibqgħu d-dar u jkunu ttestjati hekk kif jinnotaw xi sintomi.
Id-Deputat Kummissarju tal-Pulizija, Steve Gollschewski jgħid li l-pulizija s’issa ħarġu 70 multa u arrestaw 21 persuna li ma mxewx mal-ordnijiet tas-saħħa pubblika.
Hawnhekk issib l- . Aktar informazzjoni f’ .
Fl-aħħar 24 siegħa madwar l-Awstralja
- F’Victoria kienu rreġistrati 4 każi ġodda li ttieħdu lokalment, kollha marbuta mal-imxijiet eżistenti tal-virus u kienu fi kwarantina waqt li kienu infettivi.
- Dawk li tilfu tal-anqas 8 sigħat xogħol minħabba ordnijiet tas-saħħa pubblika fl-istat huma eliġibbli għall- flimkien mal-ħlas regulari tagħhom. Klejms għal dan is-sapport addizzjonali fetħu llum.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment
Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni. għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ .
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: , , , , , , .
- Informazzjoni dwar .
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju: