Aġġornament dwar il-COVID-19: Fl-istat ta’ NSW imwiegħed aktar ħelsien għal residenti mlaqqma, fl-istat ta’ Victoria tiżdied l-eliġibilità tat-tilqim

Dan huwa l-aħħar aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għall-24 ta’ Awwissu 2021.

drive-through testing site at Shepparton Sports Precinct in Shepparton, Victoria, Tuesday, August 24, 2021.

صف رانندگان در پشت یک کلینیک سواره آزمایش کرونا در شهر شیپرتون Source: AAP Image/Daniel Pockett

  • Fi NSW amministrati sitt miljun doża tal-vaċċin s’issa
  • F’Victoria tiżdied l-eliġibiltà tat-tilqim
  • Fl-ACT irreġistrati l-akbar numru ta’ każi
  • Fi Queensland irreġistrati żewġ każi lokali

New South Wales 

Fi NSW kienu rreġistrati 753 każ ġdid lokalment. Tal-anqas 49 każ kienu fil-komunità waqt li kienu infettivi.  

Il-Premier Gladys Berejiklian tgħid li l-istat laħaq l-istadju sinifikanti ta’ sitt miljun tilqima, li jfisser li 60 fil-mija tal-popolazzjoni ħadet tal-anqas tilqima waħda.

Fi , dawk bejn is-16 u d-39 sena u dawk li jaħdmu ma’ dawk b’diżabilità u fil-ħarsien tat-tfal qegħdin jingħataw prijorità biex jibbukkjaw għat-tilqima.    

L-awtoritajiet tas-saħħa se jħabbru aktar ħelsien, aktar tard din il-ġimgħa għal dawk ir-residenti li jkunu mlaqqma kompletament. Ibbukkja llum  tiegħek.

Victoria
F’Victoria kienu rreġistrati 50 każ ġdid lokali. Għaxra minnhom m’humiex marbuta ma’ imxijiet magħrufa. Disa’ u tletin każ kienu fil-komunità waqt li kienu infettivi.

Il-Premier Daniel Andrews jgħid li dawk li għandhom 16-il sena u aktar se jkunu eliġibbli għat-tilqima Pfizer jew AstraZeneca f’ċentri tat-tilqim immexxija mill-istat mill-Erbgħa, 25 ta’ Awwissu.   

Australian Capital Territory
Fl-ACT kienu rreġistrati 30 każ ġdid lokali. 17 minnhom kienu fil-komunità waqt li kienu infettivi. 

Postijiet għall-ittestjar f’Kambah u Brindabella Business Park ser jerġgħu jiftħu mill-ġdid għada wara li għalqu minħabba t-temp ħażin. 

Ikklikkja għal aċċess tal-. Tista’ tiċċekkja l-eliġibilità tiegħek għat- hawnhekk.

Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa
  • Fi Queensland kienu rreġistrati żewġ każi lokali li bħalissa qegħdin ikunu investigati.  
  • Id-Doherty Institute jinsisti li jkun sigur għall-Awstralja li tiftaħ mill-ġdid b’70-80 fil-mija tat-tilqim, irrespettivament in-numru ta’ każi, sakemm il-miżuri tas-saħħa pubblika jibqgħu japplikaw.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ .



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

 
 

Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

 
 
 


Share
Published 24 August 2021 2:30pm
By SBS/ALC Content
Source: SBS


Share this with family and friends