- Fi NSW kważi 1,000 pazjent bil-Covid fl-isptarijiet
- Fil-Victoria hemm 50,000 tilqima tal-AstraZeneca għal min irid jibbukkja
- L-ACT jintroduċi moratorju ta’ 12-il ġimgħa fuq kera qabel persuna titkeċċa mill-post għax tkun lua fil-ħlas.
New South Wales
Fi NSW kienu rreġistrati 1,431 każ ġdid fil-komunità. Kien hemm 12-il mewt. Il-Premier Gladys Berejiklian twissi li l-kriżi tal-virus Delta fl-istat x’aktarx tmur għall-agħar fil-ġimgħat li ġejjin.
Issa hemm 979 pazjent tal- COVID-19 fl-isptarijiet, inkluz 160 f’kura intensiva u 63 fuq il-ventilaturi. L-awtoritajiet tas-saħħa qegħdin jantiċipaw li jkun hemm żjieda fil-każijiet fil-ħmistax li ġejjin.
Victoria
F’Victoria kienu rreġistrati 208 każ ġdid lokalment. 96 każ kienu llinkjati ma’ imxijiet magħrufa. Raġel li kellu fuq is-60 sena miet.
Il-Premier Daniel Andrews jgħid li l-programm ta’ prijorità għat-tilqim għall-istudenti ta’ Year 12 se jibda nhar it-Tlieta, 7 ta’ Settembru, waqt li t-tfal li għandhom 12-il sena jkunu l-grupp tal-istess età li jingħataw prijorità għall-vaċċin Pfizer kontra l-COVID-19
Australian Capital Territory
Fl-ACT kienu rreġistrati 18- il każ ġdid lokali, bi 15 minnhom kienu infettivi fil-komunità.
Il-gvern introduċa minħabba li jkun lura fil-ħlas tal-kera kaġun ta’ telf ta’ dħul jew minħabba s-sigħat tax-xogħol kaġun tal-lockdown.
Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa
- Mit-Tnejn 6 ta’ Settembru, fi Queensland se jkun hemm 680 sodda disponibbli fil-kwarantina tal-lukandi wara li l-istat waqqaf għall-ftit il-wasliet tan-nies minn barra minħabba kwistjonijiet ta’ kapaċità fil-lukandi
- Minkejja li huwa grupp ta’ prijorità ftit akar minn 20 fil-mija biss tal-Aboriġini u Torres Strait Islander li għandhom fuq is-16-il sena hadu ż-żewġ dożi tat-tilqima.
- L-Agent Premier, Jeremy Rockliff ħabbar tilqim ta’ bilfors għall-ħaddiema tas-saħħa fit-Tasmanja.

Source: ALC
Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni. għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ .
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: , , , , , , .
- Informazzjoni dwar .
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju: