- Suldati se jingħaqdu mal-Pulizija ta' NSW biex jinfurzaw il-miżuri tas-saħħa
- L-Awtoritajiet fil-Victoria jsibu rabta fil-każ misterjuż
- Skola fi Brisbane f'tindif intens wara li studenta tittestja pożittiv għall-COVID-19
- It-Tasmanja terġa' tiftaħ il-fruntieri tagħha ma' Victoria
New South Wales
NSW irreġistra 170 każ ġdid lokali, b'ta' l-inqas 42 minnhom infettivi fost il-kommunita'.
Il-Premjer Gladys Berejiklian tħeġġeġ lill-poplu biex jillimita l-kuntatt ma' familji oħra hekk kif il-virus ikompli jinfirex fid-djar u l-postijiet tax-xogħol.
Il-Kummissarju tal-Pulizija Mick Fuller iwissi lin-nies biex ma jattendux protesti kontra l-lockdowns fi tmiem il-ġimgħa li ġej u qal li 'dawk li jipprotestaw se jiffaċċjaw elf pulizija'
Intant, 300 suldat se jkunu fit-toroq minn nhar it-Tnejn biex jaċċertaw li n-nies qegħda tibqa' ġewwa u mhix titħallat mal-familji estensivi matul il-lockdown.
Victoria
L-istat irreġistra tlett każijiet lokali ġodda, kollha marbuta ma' imxijiet kurrenti li kienu iżolati waqt l-infezzjoni tagħhom.
Il-Ministru ta' Victoria Martin Foley jgħid li testijiet ġenomiċi juru li l-każ misterjuż huwa marbut ma' imxija kurrenti, iżda għadu mhux magħruf kif il-persuna ħadet il-virus.
L-aħħar 24 siegħa madwar l-Awstralja
- L-awtoritajiet tas-saħħa ta' Queensland jemmnu li l-istudenta fi Brisbane li hija pożittiva għall-COVID-19 kienet infettiva fost il-kommunita' għal tlett ijiem, mis-27 ta' Lulju.
- It-Tasmanja reġgħet fetħet il-fruntieri tagħha ma' Victoria millum wara għeluq ta' ġimgħatejn.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi ta’ ttestjar u ħlas tad-diżastru kaġun tal-pandemija
Ħtiġijiet ta’ kwarantina u ttestjar huma mmaniġġjati u nfurzati mill-gvernijiet statali u territorjali:
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tapplika online għal eżenzjoni. għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li jkunu riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websajt .
- Aħbarijiet u informazzjoni f’63 lingwa f’
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: , , , , , , .
- Informazzjoni dwar il-
Kliniċi ta’ ttestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar ħlas tad-diżastru kaġun tal-pandemija f’kull stat u territorju: