Aġġornament dwar il-COVID-19: NSW jitlob lill-komunitajiet Aboriġini biex jitlaqqmu, f’Victoria jitlaqqmu b’ħeffa l-istudenti ta’ Year 12

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għas-7 ta’ Settembru 2021.

Australian Wiradjuri elder been vaccinated

Source: AAP Image/Dan Himbrechts

  • Ir-Red Cross toffri għotjiet lir-residenti fuq viża temporanja li joqodu Greater Sydney
  • Skema ta’ prijorità għal aċċess tal-vaċċin għall-istudenti ta’ Year 12 fil-Victoria
  • Aktar appuntamenti għat-tilqim u ttestjar għal dawk f’Canberra li ghandhom diżabilità
  • Ma kienu rrappurtati l-ebda każi f’South Australia u fi Queensland.
New South Wales 

Fi NSW kienu rreġistrati 1,220 każ ġdid lokali, u tmien imwiet.

Id-Direttur tas-Saħħa Aboriġina fl-isptar St Vincent, Aunty Pauline Deweerd tħeġġeġ lill-komunitajiet Aboriġini biex jieħdu t-tilqima malajr kemm jista’ jkun waqt li l-awtoritajiet qegħdin jistennew li n-numru medju ta’ każi ġodda f’Settembru jkun madwar 1,500 kuljum.

Ir-Red Cross Awstraljan qed joffri ħlas ta’ darba ta’ $400 għal dawk fuq viża temporanja jew mingħajr viża li huma affettwati mil-lockdown fi Greater Sydney permezz tal- .

Victoria
F’Victoria kienu rreġistrati 246 każ ġdid ieħor lokali. Issa n-numru ta’ każi attivi laħaq 1,786.

Millum, bħala parti mill-iskema ta’ aċċess ta’ prijorità ta’ 10 ijiem, l-awtoritajiet qegħdin jimmiraw li jlaqqmu l-istudenti kollha ta’ Year 12 b’ta lanqas doża waħda qabel l-eżamijiet finali tagħhom. L-ibbukkjar għat-tilqima Phizer fetaħ għall-istudetni ta’ Year 12, l-għalliema, dawk li jagħmlu superviżjoni waqt l-eżamijiet u assessuri, it-Tnejn, 6 ta’ Settembru.

Hawnhekk issib  viċin tiegħek.

Australian Capital Territory
Fl-ACT kienu rreġistrati 19-il każ lokali ġdid. Tal-anqas 6 minnhom kienu infettivi fil-komunità.

Il-Gvern tal-ACT qed joffri aċċess aħjar u aktar tilqim u appuntamenti għall-ittestjar għal dawk b’diżabilità billi ttrasferixxa l-Access and Sensory Clinic f’ Weston Creek Community Health Centre.

Ikklikkja hawnhekk għal appuntament biex .
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ .



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

 
 

Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

 
 
 

 


Share
Published 7 September 2021 2:00pm
Updated 7 September 2021 2:04pm
By SBS/ALC Content
Source: SBS


Share this with family and friends